Saħħa
Tasal Malta u tinżamm fi kwarantina l-koppja Maltija maqbuda fuq cruiseliner

L-Awtoritajiet Maltin qed iżommu fi kwarantina l-koppja Maltija li kienet abbord il-MS Westerdam li fuqu kien hemm każ suspettat ta’ coronavirus.

Il-cruiseliner, li kien qed iġorr elfejn passiġier fosthom il-koppja Maltija tħalla jidħol f’port fil-Kambodja.

Mal-wasla tagħhom Malta, il-koppja ġiet eżaminata u ma wriet l-ebda sinjal li hija infettata bil-virus. Minkejja dan, il-koppja qed tinżamm fi kwarantina bħala miżura ta’ prekawzjoni.

F’messaġġ fuq Facebook, il-koppja kitbet li din ma kienetx il-btala li kienu qed jippjanaw, iżda li se jibqgħu jiftakru din l-esperjenza għal għomorhom. Huma rringrazzjaw għall-appoġġ li ngħataw mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, u b’mod partikolari l-Ambaxxatur John Aquilina.

 

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Is-soltu, tard filgħaxija nhar il-Ġimgħa l-Kbira, diversi purċissjonijiet ikunu bdew deħlin lura fil-Knejjes wara li jterrqu fil-qalba tal-bliet u l-irħula. Din is-sena, iżda it-toroq battala. Minflok, saret biss Via Crucis …

COVID-19

Fl-aħħar snin, fil-lejl bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira, kienet issir il-mixja għall-Fondazzjoni Puttinu Cares. Din kienet waħda mill-ħafna attivitajiet li tħassru minħabba l-pandemija tal-COVID-19 li qed iżid mal-piż li…

Kronaka

Illum, fil-Ġimgħa l-Kbira, il-Pulizija ħarġet total ta’ 59 multa lil persuni li kienu qed jiksru l-liġi billi nġabru barra f’qaqoċċa. Skont l-avviż legali LN 112/113 huwa illegali li f’post pubbliku jkun…

Lokali

Il-pandemija ħarbtet ir-rutina tax-xogħol ta’ bosta. Ħafna ħaddiema spiċċaw jaħdmu mid-dar bit-teleworking. Mhux kulħadd iżda jista’ jagħmel dan fosthom il-ħaddiema fl-isptar fejn żiedet il-pressjoni fuq l-infermiera u t-tobba fost oħrajn….

Aktar