Barranin
Jattakka lil Arnold Schwarzenegger waqt li kien qed jiltaqa’ mas-segwaċi tiegħu

Filmat li nxtered fuq l-internet juri lil Arnold Schwarzenegger jiġi attakkat minn persuna waqt attività fl-Afrika t’Isfel.

Ilbieraħ l-attur, bodybuilder u politiku ta’ 71 sena kien qed jiltaqa’ mas-segwaċi tiegħu waqt li kienet għaddejja kompetizzjoni tal-qbiż. Ħin minnhom raġel tah “drop-kick” minn wara. Fuq il-filmat Schwarzenegger jidher jimxi ‘l quddiem u fuq Twitter kiteb li ma ntebaħx li ġie attakkat u rrealizza meta ra l-filmat.

Minnufih is-sigurtà ta’ Schwarzenegger żammet lil din il-persuna u aktar tard ġie arrestat.

Schwarzenegger irringrazzja lis-segwaċi tiegħu fuq Twitter u kiteb li m’għandhomx għalfejn jinkwetaw. Appella biex il-pubbliku ma jiffokax fuq l-inċident iżda fuq l-atleti. Kiteb li fl-Afrika t’Isfel hemm 90 dixxiplina ta’ sport differenti u hemm mal-24,000 atleta.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-possibiltà ta’ ftehim emendat dwar Brexit jiddependi fuq il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, iżda tenna li r-Renju Unit għandu jkun imħejji li jitlaq sal-31 ta’…

Barranin

Ħames persuni tilfu ħajjithom wara li ajruplan żgħir u ħelikopter ħabtu u ġġarrfu fi Spanja. It-traġedja seħħet fuq il-gżira Mallorca għall-ħabta tas-1.35 ta’ waranofsinhar. Qed ikun irrappurtat li fil-ħelikopter kien…

Barranin

Frank u Carmen Sant, Maltin li jgħixu l-Awstralja, tilfu ħajjithom matul il-lejl li għadda wara li kienu involuti f’inċident f’Sydney. Il-każ kien irrappurtat mill-midja Awstraljana u anki minn dik Ingliża,…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong użaw il-gass tad-dmugħ biex iwaqqfu protesti kontra l-gvern f’subborg industrijali wara li l-attivisti waddbu bombi tal-petrol u bricks. Dan seħħ hekk kif ċ-Ċina ħelset ħaddiem tal-konsulat tar-Renju…

Aktar