Barranin
Jeffrey Epstein kien jabbuża t-tfal fuq il-gżejjer privati tiegħu

Il-prosekuturi tal-US Virgin Islands fetħu kawża biex jikkonfiskaw żewġ gżejjer li jappartjenu lill-biljunarju Jeffrey Epstein, li miet f’Awwissu li għadda. Il-prosekuturi qed ifittxu wkoll danni ċivili li jlaħħqu $577.7 miljun.

Il-prosekuturi qed jgħidu li l-gżejjer Great St James u Little St James, fil-Karibew, intużaw minn Epstein biex jittraffika tfajliet taħt l-età, u jabbuża minnhom sesswalment bejn l-2001 u l-2018, meta ġie arrestat. Intqal li xi tfajliet kienu żgħar ħafna, b’uħud minnhom li kellhom bejn 11 u 12-il sena.

Ftit ġimgħat qabel ma nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu f’Manhattan, f’dak li qed jiġi meqjus bħala suwiċidju, Epstein ħalla l-ġid kollu tiegħu fi trusts. L-amministraturi tal-estate waqqfu fond biex jikkumpensaw lill-vittmi tal-abbuż, li diġà fetħu kawżi separati għad-danni.

Il-każ ta’ Epstein ingħata attenzjoni partikolari mill-midja, anki minħabba l-persuni influwenti li kellu qrib tiegħu, fosthom il-President Amerikan Donald Trump, l-eks President Bill Clinton, u Prince Andrew tal-Ingilterra.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-Istati Uniti se tipproduċi 100,000 ventilators f’100 jum. Trump wiegħed li pajjiżu se jkun qed jipproduċi ħafna ventilators biex jgħin kemm lill-Istati Uniti u…

Barranin

Rekord ta’ mwiet fl-Italja bil-Coronavirus. Fl-aħħar 24 siegħa, mietu 969 persuna bil-Covid-19. Din l-ogħla rata ta’ mwiet fid-dinja f’ġurnata waħda. B’kollox, fl-Italja tilfħu ħajjithom 9,134 persuna. Fl-Italja hemm ikkonfermati 86,498…

COVID-19

Il-Ministru tas-Saħħa Ingliż, Matt Hancock, ukoll ittestja pożittiv għall-Coronavirus. Hu qiegħed fi kwarantina u għandu sintomi ħfief tal-Covid-19. Ara wkoll: Boris Johnson infettat bil-Coronavirus

Barranin

Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson jinsab infettat bil-Coronavirus. L-aħbar tħabbret ftit tal-ħin ilu mill-midja Ingliża. Wara li sarulu t-testijiet, il-PM Ingliż irriżulta pożittiv għall-virus. S’issa s-sintomi li għandu huma ħfief…

Aktar