X

Jegħleb il-lukimja u ma jħalluhx jattendi l-iskola

Fl-Italja, tifel ta’ 8 snin li fieq mill-marda kiefra tal-lukimja wara trapjant u trattamenti tal-kimoterapija ma tħalliex jidħol l-iskola.

Dan wara li fl-istess skola hemm tfal li qatt ma tlaqqmu u għalhekk, qed joħolqu periklu għaċ-ċkejken Andrea (isem fittizju). Andrea jkun qiegħed jerġa’ jipperikola ħajtu jekk ikun f’ambjent fejn hemm tfal suxxettibbli għall-mard.

It-tobba li ħadmu qatigħ biex isalvaw ħajjet it-tifel kienu rrabjati ferm li b’traskuraġni ta’ xi ġenituri li ma laqqmux lit-tfal tagħhom, iċ-ċkejken se jiċċaħħad milli jmur l-iskola u jkun bħal tfal oħra.

Għal issa, fl-Italja, m’hemm l-ebda liġi li tobbliga lill-ġenituri jlaqqmu lit-tfal tagħhom iżda din il-kwistjoni qed toħloq inkonvenjent għal tfal oħra bħal Andrea.

rg :