Mużika
Jegħleb l-isfida tat-temtim u jkanta waqt The X Factor

F’The X Factor – prodott ta’ Syco bi produzzjoni ta’ Mint Media li jibda jixxandar fuq TVM wara dan il-bulettin tal-aħbarijiet, it-telespettaturi mhux se japprezzaw biss it-talent tal-parteċipanti imma anke l-isfidi li għelbu u għadhom qed jippruvaw jegħlbu biex iwettqu l-ħolm tagħhom. TVM iltaqa’ ma’ Norbert Bondin li ma jiddejjaqx jitkellem dwar impediment li għandu fil-vuċi, li iżda ma jaffettwahx meta jkun qed ikanta.

Fid-dinja hu stmat li hawn mas-70,000,000 persuna li jbatu mill-kundizzjoni tat-temtim li f’20% tal-każi tibqa’ tippersisti meta wieħed isir adult kif spjegalna Norbert Bondin li għandu 25 sena u qatta’ bosta snin jgħix ir-Renju Unit.

Norbert Bondin qal “it started to when I was about 12, it’s been almost part of my whole life now but it would not stop me in achieving my dream of singing and in any goal in life”.

Kif iltqajna ma’ Norbert qalilna li sa mit-tfulija għadda minn bosta esperjenzi fejn ġie umiljat jew vittma tal-bullying sempliċiment għax ma setax jegħleb l-impediment fil-mod kif jitkellem.

Norbert Bondin qal “we are not knowledgeable about this so I would love to bring awareness that there are people who have a speech impairment and obviously other things”

Norbert hu wieħed mill-parteċipanti ta’ The X Factor li hu liċenzjat minn Freemantle Media.

Qalilna li għalih it-temtim hi kundizzjoni li tgħallem jaċċetta u jgħix biha mingħajr ma waqqaf il-passjoni kbira għall-kant.

Norbert Bondin qal “it’s totally different so when we speak we use a different part of the brain and when we sing we use a different part of it so it’s extraordinary for me as well that when I sing it’s just vanishes away so that’s why singing is something that I really love”.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat assigura li l-abbozz ta’ ftehim finali li se jiġi ppreżentat għall-ftehim mal-grupp Corinthia se jindirizza t-tħassib ġenwin li tqajjem minn kwartieri differenti. Mistoqsi dwar il-valur tal-art,…

Lokali

X Factor Malta ħabbar li r-rebbieħ ta’ The X Factor UK 2018, Dalton Harris se jkun il-mistieden speċjali għall-finali ta’ X Factor Malta. Dalton Harris flimkien ma’ James Arthur nedew…

Brexit

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament fisser il-passi li qed jieħu l-Gvern f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ddikjara li l-Oppożizzjoni tappoġġja l-ftehim bejn…

Parlament

Laqgħa imqanqla tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ġiet sospiża wara li ntalbu żewġ rulings differenti mill-Ispeaker fuq jekk xhud għandux jitħalla jaqra dikjarazzjoni qabel isirulu l-mistoqsijiet. Il-Kumitat kellu jisma’ x-xhieda tad-deputat…

Aktar