Barranin
Jegħrqu 27 immigrant li kienu qed jipprovaw jidħlu fir-Renju Unit

27 immigrant li kienu qed jippruvaw jidħlu illegalment fir-Renju Unit minn fuq dgħajsa li qasmet il-kanal Ingliż għerqu qrib Calais.

L-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw t-traġedja li l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson iddeskriva bħala xokkanti u qal li huwa mnikket għall-imwiet. Ħames nisa u tifel jew tifla huma fost il-vittmi filwaqt li kienu salvati żewġ persuni. Johnson u l-president Franċiż Emmanuel Macron qalu li qed jagħmlu li jistgħu biex it-traffikanti li instigaw din it-traġedja jkunu missielta. Erba’ persuni kienu arrestati b’konnessjoni mat-traġedja.

Din kienet l-agħar traġedja fil-kanal Ingliż minn kemm ilha tinħabar informazzjoni dwar it-traffikar mill-2014.