Lokali
Jeħel 10 xhur ħabs wara li nqabad b’arma tan-nar f’Ħal Għargħur

Daniel Briffa minn Birkirkara jġie kkundannat 10 xhur ħabs wara li l-ġimgħa li għaddiet inqabad iġorr l-amri.

Huwa kien ġie arrestat f’Ħal Għargħur wara li twaqqaf minħabba manuvra perikoluża fis-sewqan u nstab li kellu ammont ta’ armi fuqu. Huwa wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Il-Qorti ordnat ukoll li jkollu l-liċenzja tas-sewqan tkun sospiża għal tliet xhur, il-liċenzji għall-pussess ta’ armi tan-nar sospiża għal ħames snin waqt li jiġu kkonfiskati l-armi li għandu l-imputat. Hija nnutat ukoll li Briffa għandu fedina penali mtappna u naqas milli jikkollabora bis-sħiħ mal-pulizija billi naqas milli jwieġeb mistoqsijiet dwar il-pistola waqt l-investigazzjoni.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet ukoll li l-Pulizija m’għamlitx investigazzjoni ulterjuri dwar l-ammont ta’ deheb li kellu fuqu l-imputat, li hu stmat li jiswa mal-€25,000, fid-dawl tal-fatt li Briffa ddikjara li ma jaħdimx.

Ara wkoll:

ESKLUSSIVA: Arrestat raġel li kien armat b’arma tan-nar ikkargata f’Ħal Għargħur