Qorti
Jeħel 15-il xahar ħabs wara li baqa’ jagħti fastidju lill-eks sieħba

Raġel weħel 15-il xahar ħabs wara li ammetta li baqa’ jagħti fastidju lill-eks sieħba tiegħu, anki wara li l-Qorti ordnatlu biex ma jersaqx lejha.

Clifford Gatt Baldacchino ta’ 31 sena, li huwa eks futboler tat-tim nazzjonali Malti, kien akkużat li wettaq dawn ir-reati fit-28 t’Awwissu li għadda, meta uża apparat elettroniku biex ibeżża’ u jdejjaq lill-eks sieħba.

Dan għamlu f’inqas minn sitt ijiem wara li kien ingħata sentenza sospiża mill-Qorti u kien ordnat ma jersaqx lejn din il-mara.

Dan il-fatt kien ikkunsidrat mill-Qorti fid-deċiżjoni tagħha. Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia, ikkunsidrat ukoll li r-reat huwa serju u jaqa’ fil-paramteri tal-liġi dwar il-vjolenza domestika.

Gatt Baldacchino kien għalhekk ikkundannat disa’ xhur ħabs u mmultat €1,000, waqt li s-sentenza sospiża li ngħata x-xahar li għadda nbidlitlu f’sitt xhur ħabs. Huwa kien ordnat ukoll ma jersaqx lejn l-eks sieħba tiegħu għal ħames snin.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li sal-bidu tas-sena d-dieħla d-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji se jiġi rilokat f’binja ġdida ta’ tliet sulari f’Santa Venera. F’reazzjoni għar-rapport tal-kumitat tal-kunsill tal-Ewropa kontra l-ħasil tal-flus, MONEYVAL,…

Qorti

Żewġ xufiera ta’ coach inżammu arrestati fuq akkużi li kellhom x’jaqsmu sesswalment ma’ tifla ta’ 15-il sena li kienu jwassluha l-iskola. Il-Qorti semgħet kif Nidhin Eldhose ta’ 32 sena u…

Kostruzzjoni

Il-Gvern qed jikkunsidra diversi alternattivi għall-isfida tal-iskart tal-kostruzzjoni. Il-Prim Ministru Joseph Muscat insista li fl-immedjat, l-industrija tal-kostruzzjoni trid terfa’ r-responsabbiltà tagħha. Żied jgħid li jridu jinstabu soluzzjonijiet aktar fit-tul fost…

Qorti

Il-mara mis-Serbja li iktar kmieni din is-sena nstabet ħatja li ħaqret żewġ anzjani sakemm mietu, kellha l-piena ta’ ħabs imnaqqsa mill-Qorti tal-Appell. F’April li għadda Dragana Mijalkovic kienet ikkundannata ħames…

Aktar