Qorti
Jeħel 4 snin ħabs u multa ta’ €63,000 fuq tixħim fid-Dipartiment tas-Sajd

Francis Caruana weħel 4 snin priġunerija u multa ta’ €63,000 wara li nstab ħati mill-Qorti Kriminali li xxaħħam u ħasel flus li kienu propjetà tal-Gvern.

Il-każ imur lura għall-2014 meta Caruana, li kien jaħdem fid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, ġie mixli li għamel użu ħażin mill-flejjes tal-Gvern u li bil-kariga tiegħu, ħa vantaġġ personali minn fuq karti tal-kreditu u dokumenti tad-Dipartiment kif ukoll persuni u entitajiet li kellhom rabta mas-sajd.

Fil-Qorti nstema’ kif Caruana b’kollox ħasel madwar €32,000 u dawwar bi profitt personali jew għal persuni oħra, is-somma ta’ iktar minn €2,329.37 għad-dannu tal-Gvern, liema somma ġiet fdata lilu. Instema’ wkoll kif kien juża ismijiet u kwalifiki foloz u li xxaħħam b’rigali, flus u wegħdi.

Il-Qorti qalet li dmir l-imputat kien propju dak li jissorvelja u jwaqqaf tixħim jew ħasil ta’ flus fid-Dipartiment tas-Sajd u li minflok, sfrutta u abbuża mill-pożizzjoni tiegħu fuq medda ta’ snin.

L-imputat ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih bil-qorti ordnatlu 4 snin priġunerija, multa ta’ €63,000, il-konfiska ta’ propjetà  li tikkorrispondi għall-valur ta’ €31,592,55 bħala dejn ċivili filwaqt li ordnatlu wkoll iħallas €10,730.63 fi spejjeż tal-Qorti.

L-imputat tpoġġa wkoll taħt interdett ġenerali.

Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech u l-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Anne Marie Xuereb.

 

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika qalet li qed tagħmel moniteraġġ kontinwu fuq is-sitwazzjoni fiċ-Ċina u li qed isegwi l-pariri tal-Organiżżazzjoni Dinija għas-Saħħa (WHO). Fi stqarrija, intqal li Malta qed tieħu l-prekawzjonijiet kollha wara…

Mużika

Inawgurata fis-sena 1989, CAP-Sounds hija aġenzija tal-produzzjoni u l-ippubbiklar tal-mużika fil-qalba tal-Ġermanja li dejjem tat sapport u sostenn lill-artisti Maltin; sa mill-1996 meta Miriam Christine rrapreżentat ‘l Malta fil-Eurovision Song…

Mużika

Il-Malta Music Awards wara ħames snin wieqaf se jerġa’ jkun il-pjattaforma li tagħti viżibilità akbar lill-artisti Maltin li matul is-sena l-oħra ħadmu biex joħorġu diska jew album oriġinali. Iċ-Chairman tal-Malta…

Aktar