Lokali
Jeħel 7 snin ħabs u multa wara li nqabad bil-kannabis

Kenny Johnson weħel seba’ snin ħabs u multa ta’ €23,000 wara li nqabad b’1,363 gramma ta’ droga kannabis.

Ir-raġel b’karta ta’ identità Taljana m’għaddiex ġuri wara li ammetta li f’Novembru, 2014 kien fil-pussess u kien daħħal f’Malta d-droga kannabis.

Huwa kien inqabad wara tfittxija mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fuq il-katamaran li kien wasal minn Sqallija. Huwa kien twaqqaf wara li hekk kif lemħuh ġiehom suspett li kellu xi ħaġa illegali, fejn irriżultat li kellu sitt pakketti suspettati tal-kannabis.

Mill-analiżi li saret fuq id-droga nstab li kellha purità ta’ kważi 7.5% u li kellha l-valur ta’ €34,075.

Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Edwina Grima weħlitu 7 snin ħabs, flimkien ma’ multa ta’ €23,000 u l-ispejjeż tal-Qorti €4,619.79.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Permezz ta’ investigazzjonijiet, il-Pulizija waslet għal madwar 20 persuna li huma vittmi ta’ traffikar ta’ bnedmin. Dan ħabbru l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia fi tweet li bagħat illejla,…

Lokali

Atleta Malti tal-Ispecial Olympics, Gilmour Borg, intgħażel biex iservi ta’ ambaxxatur tal-organizzazzjoni SIGA, fil-missjoni tagħha li tippromwovi l-integrità fl-isport. L-atleta tal-Ispecial Olympics, Gilmour Borg, inħatar bħala ambaxxatur mal-alleanza globali tal-integrità…

Lokali

Żagħżugħ Somalu kien ikkundannat 16-il xahar ħabs wara li nstab ħati li rreżista lill-pulizija li kienu se jfittxulu għad-droga, bil-konsegwenza li kiser seba’ ta’ Surġent. Bashir Abdulahi Ahmed kien akkużat…

Aktar