Lokali
Jeħel 7 xhur ħabs wara li bagħbas anzjana f’darha

Raġel ta’ 43 sena li kien jaħdem bħala care worker kien ikkundannat seba’ xhur ħabs wara li ammeta għal attentat vjolenti fuq il-pudur ta’ anzjana li kien qed jieħu ħsieb.

Reagan Ugat Tion mill-Filippini, li suppost kien jieħu ħsieb l-anzjana, inqabad ibagħbas lill-anzjana f’darha f’Ħaż-Żebbuġ fuq filmat CCTV. Għall-ewwel huwa m’ammettiex l-akkużi, iżda iktar tard reġa’ darlu u ammetta.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Aaron Bugeja, semgħet kif l-anzjana sabet lil carer permezz ta’ aġenzija. Semgħet ukoll kif il-carer kien ilu biss siegħa li ltaqa’ mal-anzjana meta wettaq l-att.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Kylie Borg.

Ara wkoll:

Care worker jinqabad ibagħbas anzjana f’darha