Lokali
Jeħel il-ħabs wara li seraq minn dar u ħebb għall-pulizija

Francis Formosa minn Burmarrad, ġie kkundannat għal sentejn u erba’ xhur ħabs wara li nstab ħati ta’ serq aggravat bi vjolenza. Huwa nstab ħati wkoll li għamel ħsara fi ħwejjeġ ħaddieħor, li sar riċediv u li rreżista l-arrest.

Il-każ seħħ f’Settembru tal-2015 meta l-akkużat seraq flus kontanti u ġojjelli għad-dannu ta’ David John Stevens minn residenza f’San Pawl il-Baħar.

Fil-Qorti, l-Ispettur Godwin Scerri akkużah ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja imposta fuqu minn tliet Qrati tal-Maġistrati.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, sabitu ħati tal-akkużi u kkundannatu sentejn u erbgħa xhur ħabs u ordnatlu jħallas l-ispejjeż tal-esperti tal-Qorti.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Sqalli ta’ 23 sena minn Tas-Sliema, ġie akkużat li kkawża ġrieħi ħfief lil anzjan u li kiser il-paċi pubblika fi Triq il-Kbira, Birkirkara. Francesco Raffreddato, li qal li jaħdem bħala…

Kronaka

Somalu ta’ 23 sena ġie akkużat li ħebb u hedded bil-mewt lil sidt ta’ ħanut tal-massaġġi fil-Marsa, li serqilha l-mobile u ammont żgħir ta’ flus kontanti. Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispetturi Spiridione…

Aktar