Qorti
Jeħel sentenza sospiża wara li nstab ħati ta’ pussess ta’ ecstasy u kannabis

Habier Grech ta’ 40 sena residenti l-Ħamrun, ġie ikkundannat għal 16-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin wara li nstab ħati ta’ pussess tad-droga ecstasy u raza tal-kannabis.

Huwa ġie kkundannat ukoll iħallas multa ta’ €3,000.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri ordnat ukoll lil Habier Grech biex fi żmien sena jħallas l-ispejjeż tal-esperti tal-Qorti li jammontaw għal €2,738 kif ukoll li tinqered id-droga u l-affarijiet relatati magħha.

Il-każ imur lura għall-2007 meta fit-18 ta’ Frar wara informazzjoni li rċeviet it-Taqsima tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga li Grech kien ikun fil-pussess ta’ droga fl-inħawi ta’ Birżebbuġa, twaqqaf fl-inħawi tal-Marsa u minn tfittxija fil-vettura, instabu tliet (3) pakketti ta’ sigaretti li kien fihom sustanza kannella u xi pilloli suspettati ecstasy.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Kronaka

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona…

Infrastruttura

Dik li kienet il-Biċċerija l-Antika lejn in-naħa t’isfel tal-Belt, mix-xahar id-dieħel se tkun il-Valletta Design Cluster – proġett li ser ikun wirt ieħor li jibqa’ minn fost kullana ta’ inizjattivi…

Aktar