Barranin
Jeħlu għomorhom il-ħabs wara li rabtu u ttorturaw lit-tfal tagħhom

F’Kalifornja, David u Louise Turpin weħlu għomorhom il-ħabs wara li nstabu ħatja li rabtu, ittorturaw u qaflu lit-13-il wild tagħhom.

Il-każ imur lura għas-sena l-oħra meta tifla tal-koppja Turpin, li għandha 17-il sena, irnexxielha taħrab mid-dar tagħhom f’Kalifornja biex ċemplet lill-Pulizija għall-għajnuna bil-moħbi. Hija talbet l-għajnuna lill-Pulizija fejn qaltilhom li l-irwejjaħ fid-dar tagħha saru insopportabbli u li kollha kemm huma għandhom bżonn l-għajnuna medika.

Il-koppja Turpin għandhom 13-il tifel u tifla li mmaltrattaw tul iż-żmien u rabbewhom f’kundizzjonijiet mhux xierqa fejn il-missier anke pprova jabbuża lil bintu sesswalment.

Meta marru fuq il-post, il-Pulizija sabu lit-tfal Turpin jgħixu f’kundizzjonijiet miżerabbli fejn kienu mċaħħda minn affarijiet bażiċi bħal ikel, kura medika u anke l-iġenje personali tagħhom b’uħud minnhom kienu ilhom ma jitħallew jinħaslu ‘l fuq minn sena. B’kuntrast ma’ dan, il-klieb tal-familja nstabu fl-aqwa kundizzjoni – nodfa u b’saħħithom.

Il-ġenituri Turpin infaqgħu jibku fil-qorti meta raw u semgħu lit-tfal tagħhom jixhdu kontrihom u qalu li jiddispjaċihom ta’ dak li għamlulhom iżda jħobbuhom b’qalbhom kollha. Huma qalu li jixtiequ lit-tfal tagħhom il-ġid tad-dinja kollha u s-suċċess għall-futur tagħhom.

Il-Maġistrat Bernard Schwartz ikkummenta li t-tfal se jirnexxu mhux bis-saħħa tal-ġenituri u ċanfarhom talli ċaħduhom minn edukazzjoni xierqa u trobbija tajba. Huwa qal li David u Louise Turpin ċaħdu t-tfulija lit-tfal tagħhom b’uħud minnhom saħansitra waqfu jiżviluppaw u baqgħu żgħar tant ġew maltrattati.

Il-Maġistrat kompla jgħid li t-tfal ġew sfurzati jinqatgħu mid-dinja ta’ madwarhom u minħabba f’hekk iridu jaħdmu ħafna biex jippruvaw jintegraw fis-soċjetà. Huwa qal li t-tfal huma grazzja u qatt u fl-ebda ċirkostanza m’għandhom jitrabbew fil-miżerja.

L-etajiet tal-aħwa Turpin ivarjaw minn sentejn sa 29 sena.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għalkemm il-qamar mhux sors dirett ta’ dawl għaliex jirrifletti d-dawl tax-xemx, il-qamar kwinta fil-15 ta’ Awwissu, dawwal il-kastell famuż Grieg Koroni. Kif tela, l-qamar mhux biss xegħel il-baħar ta’ taħtu…

Barranin

Il-kunsill militari tas-Sudan u l-alleanza ċivili fl-Oppożizzjoni ffirmaw ftehim li bih se jinqasam il-poter. Il-ftehim se jara t-twaqqif ta’ kunsill ġdid biex jigverna li jkun jinkludi kemm membri pajzana u…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong niżlet fit-toroq ewlenin tad-distrett Mong Kok biex iżomm lid-dimostranti li nġabru barra l-għassa tal-pulizija. Wara li skalat il-vjolenza fl-aħħar jiem, id-dimostrazzjonijiet ta’ tmiem din il-ġimgħa huma kruċjali…

Immigrazzjoni

Il-fundatur u direttur tal-vapur tal-għaqda mhux governattiva Spanjola Open Arms li jinsab wieqaf ‘il barra mill-kosta tal-Italja qal li ma jistax jigarantixxi aktar is-sigurtà tal-134 immigrant abbord wara li l-vapur…

Aktar