Lokali
Jeħlu 6 xhur ħabs wara li ġew Malta b’dokumenti foloz

Il-Pulizija qed tinvestiga x’wassal biex Yousef Hammat, Alġerin ta’ 29 sena li jgħix Ateni u lil Mohammed Lassad Briki, Libjan li għandu 36 sena li wkoll jgħix Ateni, jivvjaġġaw lejn Malta bil-għan li jsiefru lejn il-Belġju b’dokumenti tal-identità foloz.

Iż-żewġ irġiel kienu ma’ żewġ nisa Torok, Rabia Yavuz li għandha 28 sena u Muzekka Deneri li għandha 29 sena li kellhom sitt dokumenti tal-identità foloz. Fuqhom instabu wkoll id-dokumenti proprja tal-identità tagħhom. Magħhom kienu qed jivvjaġġaw żewġ subien – wieħed ta’ erba’ snin u ieħor ta’ sentejn – li nstemgħu jibku għal ħinijiet twal waqt is-smiegħ.

Id-difiża qalet li n-nisa kienu qed jaħarbu ma’ wliedhom mit-Turkija għal raġunijiet politiċi. Huma ammettew l-akkużi miġjuba kontriehom u ngħataw sentenza ta’ sitt xhur priġunerija. Il-Qorti ordnat wkoll li d-dokumenti foloz li kellhom fuqhom ikunu kkonfiskati.