Qorti
Jeħlu l-ħabs wara li ppruvaw jaħarbu minn Malta

Żewġ Sudaniżi u adolexxenti mill-Kosta tal-Ivorja weħlu bejniethom sena u tliet xhur ħabs wara li nqabdu jippruvaw jaħarbu minn Malta.

L-Ispettur Lara Butters qalet li s-Sudaniżi, Adam Lias ta’ 23 sena u Xuaib Moussa ta’ 17-il sena nqabdu mistoħbijin taħt kontejners li kienu se jitilgħu fuq il-katamaran għal Sqallija.

Huma ammettew l-akkużi kontrihom u weħlu sitt xhur ħabs kull wieħed.

L-ieħor, Kone Mamadou Moussa ta’ 15-il sena nqabad jipprova jitlaq minn Malta b’passaport Taljan ta’ xi ħadd ieħor. Huwa wkoll ammetta l-akkużi kontrih u ġie kkundannat għal tliet xhur ħabs.