Qorti
Jeħlu sena u seba’ xhur ħabs talli użaw dokumenti ta’ ħaddieħor

Żewġ irġiel weħlu sena u seba’ xhur ħabs rispettivament wara li ammettew li użaw dokumenti ta’ persuni oħra, u li ppruvaw iqarrqu bl-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni.

Mohammed Zakaria ta’ 31 sena u Mostafa Ali Yaaqoub ta’ 21 sena, it-tnejn mis-Sudan u jgħixu fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far, kienu akkużati li wettqu dawn ir-reati fis-6 t’April li għadda.

 Mostafa Ali Yaaqoub waħdu kien akkużat ukoll li huwa riċediv, u għalhekk weħel ħames xhur ħabs iktar minn Zakaria.