Lokali
Jeħtieġ karozzi li jniġġsu inqas għal arja iktar nadifa – Miriam Dalli

L-Ewroparlamentari Laburista Miriam Dalli qed tipproponi li sal-2030 għandhom joqsu b’50% l-gassijiet li jniġġsu l-arja mill-karozzi.  Din hija waħda mill-proposti li ressqet illum Dr Dalli bħala rapporteur tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sigurtà tat-Toroq.

L-MEP qalet li jekk jonqsu bin-nofs il-gassijiet tossiċi (CO2) li joħorġu mill-karozzi sa 32 sena oħra, l-Unjoni Ewropea tkun qed toqrob lejn il-miri f’da ir-rigward, li huma ntiżi li jtejbu l-kwalità tal-arja għaċ-ċittadini Ewropej fl-istess waqt li l-kumpaniji li jimmanifatturaw il-karozzi jibqgħu kompetittivi u innovattivi f’suq kemmxejn dinamiku.

Hija qalet li l-Unjoni Ewropea għandha għażla ċara, li jew toqgħod tkaxkar saqajha jew inkella tibda tindirizza bis-serjetà din il-kwistjoni.  It-trasport huwa l-ikbar sors ta’ tniġġiż fl-arja fl-Unjoni Ewropea, b’27% tal-ħruġ ta’ gassijiet tossiċi ġej mill-vetturi.

F’Novembru tas-sena li għaddiet, il-Kummissjoni Ewropea ipproponiet sensiela ta’ regolamenti biex jonqos it-tniġġis fl-arja mill-vetturi biex il-pajjiżi tal-UE jilħqu l-miri tal-bidla fil-klima għall-2030.

Id-diskussjoni fil-Parlament Ewropew u fl-istituzzjonijiet l-oħrajn Ewropej mistennija jkomplu fix-xhur li ġejjin biex finalment titfassal liġi f’dan ir-rigward.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Żiemel li kien għaddej mit-triq deher li beża’ xħin għaddiet minn ħdejh karozza tal-linja. Huwa kien għaddej minn Triq Bormla, iż-Żejtun. Il-filmat, meħud nhar it-Tlieta li għadda juri ż-żiemel bis-serkin…

Kurżitajiet

Jekk fil-Parlament ma jikbrux fjuri, fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali donnu hemm iktar ċans li jinbtu l-pjanti! Ritratti li nxterdu fuq il-media soċjali juru diversi siġġijiet bi xtieli u pjanti bil-fjuri dehru…

Annimali

Il-kunflitt kulturali reġa’ spikka wara l-istorja ta’ TVM li xxandret ilbieraħ dwar il-proposta tal-Imam Mohammed El Sadi biex il-biċċiera Musulmani jkollhom iċ-ċans li f’Malta joqtlu l-annimali skont it-tradizzjoni Musulmana tal-halal….

Saħħa

Tifel ta’ 4 snin miet ilbieraħ wara li aktarx instab li kellu mikrobu li jikkaġuna l-meninġite. Huwa miet f’Mater Dei wara li jidher li kellu xi sintomi li wasslu biex…

Aktar