Lokali
Ħtieġa ta’ bidla fir-rwol u l-poteri tar-reġjuni – Seg. Parl. Silvio Parnis

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Silvio Parnis iltaqa’ mal-Kumitat tar-Reġjun tat-Tramuntana u qal li hekk kif ħa l-inkarigu ta’ Segretarju Parlamentari mal-ewwel beda bil-ħidma li għandha twassal għal riforma fil-qasam tal-Gvern Lokali.

Fi stqarrija, Silvio Parnis qal li l-istrateġija tar-riforma tinkludi b’mod kruċjali li jkun hemm konsultazzjonijiet u diskussjonijiet mas-setturi kollha biex jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet. Żied jgħid li r-riforma tal-Gvern Lokali trid tara bidla fir-rwol u fil-poteri tar-reġjuni u s-Segretarju Parlamentari qal li jixtieq jiltaqa’ ma’ dan ir-reġjun biex jisma’ l-aspirazzjonijiet u l-proposti li għandu għall-bidliet li hemm bżonn isiru. Biex jitwettqu l-aspirazzjonijiet u l-proposti diversi, qal li hemm bżonn ta’ fondi meħtieġa għalhekk ġew ivvutati wkoll fondi speċifiċi biex ir-reġjuni jwettqu pjan ekonomiku, soċjali, kulturali u reġjonali.

Is-Segretarju Parlamentari Parnis qal li hu kuntent bil-kontribut ta’ kulħadd u li għandu jkun hemm riforma fil-qasam tal-Gvern Lokali li tħares lejn l-interessi ta’ kulħadd, kemm ta’ dawk li joperaw fil-kunsilli lokali kif ukoll ta’ dawk li jirċievu servizzi mingħandhom, filwaqt li appella biex issir ħidma kollettiva biex b’hekk din ir-riforma tkun suċċess.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Filmat esklussiv li qed ixandar tvm.com.mt juri s-sekwenza kollha ta’ mara li allegat li sar attentat biex jaħtfu lil binha li kien fil-pushchair f’ħanut f’Birżebbugia. Fil-filmat jidher li din l-omm…

Lokali

Xahrejn wara li seħħet serqa mill-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, il-lejl li għadda, l-istess knisja kienet fil-mira ta’ ħalliel. Iżda din id-darba, grazzi għall-intervent tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit,…

Lokali

Il-Partit Laburista permezz tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u d-deputat Glen Bedingfield immarkaw il-fatt li fil-Parlament ilbieraħ kien hemm disa’ deputati tal-Oppożizzjoni fosthom seba’ tal-Partit Nazzjonalista li ma appoggjawx il-mozzjoni…

Aktar