Lokali
Jekk għandek 4×4 tista’ tieħu sehem f’attività b’risq Movember

Fl-bidu ta’ Novembru, l-attivitajiet ta’ Movember mill-fondazzjoni Marigold se jibdew b’rally għal vetturi four wheel drive. Fir-rally ser jinġabru fondi għal kampanja kontra l-kanċer li jolqot lill-irġiel. Ir-rally b’dawn il-vetturi ser jibda f’Malta u jispiċċa f’Għawdex.

Kull min hu sid ta’ vetturi four wheel drive, qed jiġi mistieden biex jieħu sehem f’attività b’risq Movember, organizzata mill-fondazzjoni Marigold.

“hija intiża biex permezz tar-rally niġbru l-entużjasti tal-4×4 u noħolqu kuxjenza, aħna nitkellmu l-kanċer irġiel u nisa, u b’dan is-segment ngħallmu lin-nies u ngħarrfuhom dwar is-sinjali tal-kanċer.”

Is-Sinjura Michelle Muscat, chairperson tal-fondazzjoni kompliet tgħid li hemm bżonn li jieqaf it-taboo, jew mistħija u l-irġiel ma jibżgħux jiċċekkjaw lilhom infushom għall-kanċer tal-prostata u tat-testikoli.

Is-Sur John Bundy, l-organizzatur tal-attività għall-fondazzjoni Marigold, qal li fit-tlieta ta’ Novembru, is-sidien tal-vetturi four by four qed jiġu mħeġġa jingħaqad f’din l-attività fuq ir-rotta minn Birżebbuġia saċ-Ċirkewwa, u wara jitilgħu fuq il-vapur tal-Gozo Channel, u jsuq mill-Imġarr sa Ħondoq.

Qal li d-donazzjoni se jservi wkoll għal biljett tal-vapur bejn Malta u Għawdex. Fl-attività se jieħdu sehem ukoll il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Korp tal-Pulizija. Is-Sinjura Muscat qalet li l-fondi li se jinġabru se jintużaw għall-kampanja biex inqas irġiel jitilfu ħajjithom minħabba l-kanċer tal-prostata u dak testikulari.

Aħbarijiet Oħra
Solidarjetà

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) tat donazzjoni ta’ €13,000 lill-Ministeru għas-Saħħa għall-ħidma u dedikazzjoni kollha li saret biex titwaqqaf l-imxija tal-Covid-19 f’Malta u Għawdex. Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa…

Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u Minstru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li se tibda tingħata b’xejn mediċina oħra lill-pazjenti bil-kanċer tas-sider. L-għoti b’xejn ta’ din il-mediċina msejħa Fulvestrant propju tħabbar fil-ġimgħa Ewropea kontra…

Qorti

Raġel ta’ 35 sena nstab ħati li kkaġuna ksur lil mara, li żammha kontra l-volontà tagħha u li heddidha. Destiny Ogbiede ġie kkundannat sena priġunerija effettiva, b’garanzija taħt l-artikolu 412C għall-perjodu…

Aktar