COVID-19
Jekk ħadt l-AstraZeneca se terġa’ titlaqqam biha

Is-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci spjegat li l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, l-EMA tenniet li l-vaċċin tal-kumpanija Oxford-AstraZeneca huwa vaċċin sigur.

B’reazzjoni għall-aħħar aħbarijiet dwar il-vaċċin tal-AstraZeneca, il-Prof. Gauci qalet li Malta dejjem imxiet mad-direttivi tal-EMA u għalhekk il-persuna tingħata ż-żewġ dożi tal-istess tip.

Waqt TVAM, il-Prof. Gauci spjegat li bħalissa l-AstraZeneca qed tintuża bħala t-tieni doża.

Intant, dwar il-booster, il-Prof. Gauci qalet li għadhom għaddejjin l-istudji. Qalet li s’issa huwa kkonfermat li l-vaċċin jagħtina protezzjoni għal sitt xhur madankollu hemm studji li juru li jdum aktar.

Spjegat li Malta diġà għamlet l-ordnijiet bil-lest f’każ li jkun hemm il-ħtieġa tal-booster.