Kurżitajiet
Jekk ikollok x’taqsam f’dawn tlaqqat tixriba

Fil-belt ta’ Porthcawl, f’Wales, mistennija jiġu installati latrini li ma jippremettux li jsiru fihom attivitajiet bħas-sess, il-vandaliżmu u t-teħid tad-droga.

Dawn il-latrini ġew iddiżinjati tapposta biex ixarbu bl-ilma lill-persuni li mhux qed iġibu ruħhom kif suppost. Barra minn hekk, dawn mistennija jiġu armati b’sistema ta’ alarm filwaqt li jinfetħu l-bibien beraħ awtomatikament mal-anqas imġieba suspettuża.

Il-latrini fihom teknoloġija li ma tippermettix lil dak li jkun jissakkar fit-tul, dan biex dawk mingħajr saqaf fuq rashom ma jabbużawx mill-latrini pubbliċi.

Iżda dan il-proġett qajjem biża’ u furur fost bosta hekk kif sistema fl-art se tevalwa u tiddetermina mill-piż u t-toqol jekk daħlitx fil-latrina aktar minn persuna waħda.

B’kollox se jintefqu madwar £170,000 u l-użu tal-latrini ser ikun bi ħlas għalkemm għalissa għadu mhux magħruf b’kemm.

 

Aħbarijiet Oħra
Safar

Persuni li kienu qed jistennew biex imorru vaganza jista’ jkun li jibqgħu b’xiber imnieħer minħabba attivitajiet jew titjiriet li qed jiġu kkanċellati f’diversi pajjiżi bħala prekawzjoni kontra l-imxija tal-coronavirus. F’dan…

Kurżitajiet

Illejla, ‘X’sar minnhom’, jissokta bi programm ieħor, bil-għan li jqanqal xi ftit tan-nostalġija qalb it-telespettaturi ta’ Television Malta billi jerġa’ ‘jagħti l-ħajja’ lil għadd ta’ persuni lokali magħrufa, u li…

Reliġjon

Karità, talb, u sawm. Wara x-xalar u l-briju tal-Karnival – għal-liema perjodu, għadd ta’ voluntiera ħadmu lejl u nhar bil-għan li ttellgħu erbat ijiem ta’ divertiment b’suċċess – illum, jingħata…

Aktar