Annimali
“Jekk in-nies ikunu responsabbli l-gwaj tal-fkieren jista’ jiġi skansat” – Nature Trust

Il-fkieren qed jispiċċaw massakrati bil-ħmieġ speċjalment tal-plastik fil-baħar. In-Nature Trust, li għandha programm biex idewwi u meta possibbli ssalva l-fkieren tgħid li ħafna mill-gwaj tal-fkieren jista’ jiġi skansat jekk in-nies ikunu responsabbli. Il-President ta’ Nature Trust, Vince Attard qal li l-iskart li qed jispiċċa fl-ibħra qiegħed jiżdied b’detriment għal fkieren li huma importanti ħafna fl-eko sistema.

Vince Attard qal “qed naraw żieda kbira pereżempju f’każi fejn fkieren qed jiġu l-art mhux għax ikunu feruti jew b’xi sunnara jew għax qalgħu xi daqqa ta’ dgħajsa, imma ħafna drabi jkunu belgħu plastik li jispiċċa fl-istonku. Kellna każ ta’ tliet ifkieren li tilfu anke l-flipper minħabba li anke tgħaqqdu fil-plastik u nqatagħlhom iċ-ċirkulazzjoni u oħra partikolari li kienet leather back turtle li hija iktar waħda rari li mietet propja għax kellha 4 boroż tal-plastik li ma setgħetx tiekol.”

Is-sur Attard appella lil pubbliku fix-xtut u lis-sidien ta’ dgħajjes jiddisponu mill-iskart b’mod responsabbli.

“Qed naraw anke każi ta’ garbage bags jifflowtjaw fil-baħar u nagħmlu appell anke lin-nies li għandhom dgħajsa biex ma jarmux l-iskart dritt fil-baħar għax dawn eventwalment se jibilgħuhom ħlejjaq oħra u jistgħu jispiċċaw fil-platt tagħna” qal is-sur Attard.

Nature Trust appellat ukoll lill-awtoritajiet biex iħaffu jdaħħlu l-projbizzjoni tal-plastik li jintuża darba biss. Is-sur Attard saħaq li dan it-tip ta’ plastik huwa l-iktar li jagħmel ħsara fl-ambjent għax jintuża darba u jintrema.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Fuq id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista feġġ kartellun li jgħid “vot kontra Delia vot kontra t-tesserati”. Dan huwa wieħed minn sensiela ta’ kartelluni li twaħħlu fl-aħħar jiem mal-faċċati tal-każini tal-Partit Nazzjonalista…

Lokali

Malta ħadet isem fit-taħriġ ta’ professjonisti fil-liġi marittima internazzjonali permezz ta’ istitut li jopera mill-Universitaà taħt l-awspiċi tal-Organizazzjoni Marittima Internazzjonali, l-IMO, li hi waħda mill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Magħquda. Fi tletin…

Lokali

Għandha l-għeruq fl-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u hi mnebbħa mill-valuri Kattoliċi fosthom li tkun ta’ servizz għall-oħrajn. Il-missjoni tagħha hi li ssalva l-ħajjiet tan-nies billi tkun minn tal-ewwel biex…

Aktar