Lokali
Jekk inħares lejn ibni mil-lenti tad-diżabilità nkun qed nillimita fejn jista’ jasal ibni – Kris

Kris Grima, missier Ben, qal li jekk iħares lejn ibnu mil-lenti tad-diżabilità jkun qed jillimita lilu nnifsu fejn jista’ jasal ibnu aktar ‘il quddiem.

Waqt il-programm Skjetti, Kris spjega li meta flimkien ma’ Steve addottaw lil Ben, bdew jgħinuh bis-servizzi u l-affarijiet kollha li hawn iżda ħass li beda jitlef l-aspett uman. Qal li kemm huma kif ukoll it-tifel bdew jgħejjew u waqfu u ħadmu aktar biex isiru jafu lil xulxin u anke biex iħares lil hinn minn diżabilità u jsir jafu bħala ibnu.

Stqarr li xi servizzi tal-fizjoterapija bidilhom f’affarijiet oħra, bħal klassijiet tal-mużika u spjega li t-tifel jieħu gost u żied jgħid li t-tifel għamel passi ’l quddiem.

Huwa spjega li kienu qalulu li Ben mhux se jimxi qabel ma jkollu 4 snin. Madankollu huwa beda jimxi meta kellu sena u 3 xhur u llum il-ġurnata jaf jinħasel u jiekol waħdu.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT (4): Studenti bid-Down Syndrome jagħmlu lezzjoni tal-PSD?

Sena ilu Ben ma kellux familja iżda issa se jkollu Milied mimli mħabba

Ben it-tifel tagħna – l-ewwel wild adottat minn koppja gay

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Uffiċjali tad-Dwana stazzjonati fl-ajruport qabdu mad-€19,000 fi flus mhux iddikjarati waqt kontrolli ta’ rutina fis-sala tat-tluq. Passiġġiera Maltija li kienet se taqbad titjira lejn Istanbul ġiet mistoqsija jekk jekk kellhiex…

Budget

Il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu, Joe Muscat, jitkellem dwar dak li l-GTA qed tistenna mill-baġit 2019:

Ambjent

Il-Gvern qassam aktar minn tliet mitt siġra lil seba’ kunsilli lokali. Il-lokalitajiet: il-Marsa, l-Imdina, il-Fgura, il-Gudja, Santa Luċija, il-Ħamrun u San Ġiljan ingħataw is-siġar fuq talba tagħhom stess biex ikomplu…

Budget

Il-Kap tal-Politika tal-Kamra tal-Kummerċ, Andre Fenech, jitkellem dwar dak li qed tistenna l-Kamra mill-baġit 2019:

Aktar