Kurżitajiet
Jekk int xellugi, x’aktarx taf xi tgħid

Xjentisti skoprew li l-fatt li wieħed ikun xellugi huwa marbut mal-ġenetika tiegħu. Wieħed minn kull għaxar persuni huwa xellugi.

Din hija l-ewwel darba li kien hemm konferma xjentifika li dan il-fattur huwa marbut mad-DNA tal-individwu.

Xjentisti fl-Università ta’ Oxford għadhom kemm skoprew l-ewwel struzzjonijiet ġenetiċi ta’ persuni xellugin. Dawn l-istruzzjonijiet jidher li jaffettwaw ukoll l-istruttura u l-funzjoni tal-moħħ, b’mod partikolari fejn tidħol il-lingwa.

L-ewwel riżultati ta’ din ir-riċerka, li għadha fi stadju bikri, jindikaw li persuni xellugin għandhom tendenza li jkollhom ħiliet verbali tajba.

F’dan l-istadju x-xjentisti jemmnu li biex persuna ssir leminija jew xellugija, madwar 25% tal-kaġun huwa ġenetiku, waqt li l-kumplament huwa riżultat ta’ fatturi oħra.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-uffiċjali tal-Guardia Costiera Lucia Licciardi u Leopoldo Manna ġew akkużati bi qtil ta’ 268 persuni fosthom 60 tifel u tifla wara li naqsu milli jaqdu dmirijiethom. Il-każ imur lura għall-11…

Barranin

Xjentisti fl-Istati Uniti jemmnu li sabu kura għall-virus li jikkawża r-riħ u viruses oħra li jixbħuh u li jistgħu jikkawżaw paraliżi. Għall-kuntrarju tal-perċezzjoni li teżisti, sal-lum ma teżistix kura għar-riħ,…

Barranin

L-ex Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi rriżenja mill-Partit Demokratiku biex joħloq partit ieħor. Id-deċiżjoni ta’ Renzi jaf timmina l-koalizzjoni l-ġdida li ffurmat ftit tal-jiem ilu bejn il-PD u l-Moviment Cinque…

Barranin

Sarah Thomas kisret rekord tal-għawm meta qasmet mir-Renju Unit sa Franza erba’ darbiet fuq xulxin, tant li qattgħet 54 siegħa fl-ilma. Thomas, li għandha 37 sena u hija Amerikana, hija…

Aktar