Lokali
Jekk ismek Malti, fir-Reġistru Pubbliku se jibda jinkiteb bit-tipa Maltija

Fil-ġimgħat li ġejjin ġenituri Maltin li jixtiequ jsemmu lil uliedhom b’ismijiet li jinkludu ittri bit-tipa Maltija u dawk li jixtiequ jagħmlu korrezzjonijiet żgħar f’isimhom se jkunu jistgħu jagħmlu dan wara li s-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza, Alex Muscat ta ordni biex dan in-nuqqas ikun irranġat.

Fl-aħħar jiem, din il-kwistjoni tqajmet fil-Parlament mid-Deputat Ryan Callus li ġibed l-attenzjoni dwar omm li ma tħallietx issemmi lil binha Ġorġ u mill-Akkademja tal-Malti li appellat għal soluzzjoni.

Fi stqarrija, is-Segretarju Parlamentari Muscat qal li l-Aġenzija Identity Malta kompliet taħdem fuq soluzzjoni u stqarr li s-sistema teknoloġika tar-Reġistru Pubbliku diġà tippermetti l-użu tat-tipa Maltija, iżda ried isir xogħol biex is-sistema tkun aċċessibbli u tkun tista’ tikkomunika ma’ sistemi oħrajn li diġà qed jitħaddmu fis-settur pubbliku.

Huwa qal li l-emendi għal-liġijiet se jitressaq fil-Palrament u se jagħmilha possibbli biex korrezzjonijiet minuri għall-isem, isiru b’sempliċiment talba lid-direttur tar-Reġistru Pubbliku u mingħajr il-bżonn li l-applikant jagħmel rikors fil-Qorti.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar