Barranin, Kurżitajiet
Min jiddivorzja lil martu bi 3 kelmiet jista’ jeħel 3 snin ħabs

Fl-Indja, raġel li jaqbad u jiddivorzja lil martu sempliċiment bi tliet kelmiet issa qed jiġi propost li jkun jista’ jeħel tliet snin ħabs.

Fit-tradizzjoni tat-“talaq”, ipprattikata minn xi Musulmani, raġel jista’ jiddivorzja lil martu billi jgħidilha “talaq” tliet darbiet. Din tista’ ssir b’kull mod, inkluż b’email jew messaġġ fuq il-mobile.

Din il-prattika kienet iddikjarata li tmur kontra l-kostituzzjoni mill-Qorti Suprema tal-Indja f’Awwissu li għadda, iżda xorta waħda baqgħet issir.

Minbarra sentenza ta’ ħabs, il-liġi li qed tiġi proposta tinkludi wkoll multi u appoġġ għan-nisa affetwati. L-abbozz imsemmi Women Protection of Rights on Marriage Bill se jintbagħat għall-konsultazzjoni lill-gvernijiet reġjonali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kumpanija Walt Disney se tixtri l-kumpanija 21st Century Fox’s għal aktar minn $52.4 biljun. Dan il-ftehim ifisser fost oħrajn Rupert Murdoch, li għandu 86 sena, beda jbiegħ flok jixtri azjendi…

Barranin

Persuni li jbatu mill-haemophilia se jieħdu r-ruħ meta jaqraw dan l-artiklu.  Dan għax jidher li nstab rimedju ta’ kif jikkontrollaw id-demm meta jindarbu ħafif bil-konsegwenza li qabel kienu jitilfu ħafna…

Barranin

Aħbar xokkanti li ġrat fi New Zealand u mill-ewwel infirxet mal-erbat irjieħ tad-dinja.  Dan hekk kif Jamieka McCarthy Harford lanqas biss laħqet gawdiet ir-riċeviment tat-tieġ għax mietet ftit tas-siegħat wara ċ-ċerimonja…

Barranin

Grupp fl-Ingilterra spiċċa l-ħabs wara li nqabad f’filmati jittraffika oġġetti projbiti f’ħabs bl-użu ta’ drone. L-operazzjoni nqabdet b’kumbinazzjoni minn cameras li kienu qed jiffilmjaw il-ħajja selvaġġa barra l-ħabs HMP Hewell…

Aktar