“Jekk ninkwieta fuq ilbieraħ, se nitlef ħajti llum”

Ra l-mewt fl-Afganistan u għalkemm għaddew is-snin, għadu jsofri l-effetti psikoloġiċi tal-ħruxijiet li ra waqt ż-żewġ gwerrer li iġġieled fihom dik tal-Afganistan u fl-Iraq. Din hija l-istorja ta’ Marc James li fi tfulitu trabba f’Malta sakemm fl-aqwa ta’ żgħożitu libes l-uniformi ta’ suldat Ingliż li intbagħat iservi f’diversi żoni ta’ kunflitt.

Marc James illum huwa promotur tal-boxing iżda qabel kellu karriera militari li għalkemm qasira dewqitu l-kruħat kollha tal-gwerra. Irrakontalna ġrajja li ra iseħħ quddiem għajnejħ fl-Iraq.

Qal li kienu qiegħdin fuq patrol u hu kien it-tielet ragel fuq in-naħa tal-lemin. Raw mara tibki b’raġel bilwieqfa warajha u dan sparalha bil-hand gun. Meta arrestawh saru jafu li qatilha għax kellha relazzjoni ma kuġinuha u din kienet xi ħaġa normali għall-kultura tagħhom.

Miss kważi l-mewt fl-Afganistan meta l-vettura militari li kien fiha inqalbet bi spluzzjoni ta’ land mine u huwa spiċċa milqut b’bullet. Marc James jgħid li l-ikbar xofa tal-gwerra hija li titlef lil sħabek għalkemm qal li kellu jqum l-għada u jinsa dak li jkun ġara għax jekk jibqa’ jinkwieta fuq x’ġara l-bieraħ, se jitlef ħajtu llum.

Dan iżda għadu jaffettwa psikoloġikament li Marc James li minħabba fihom temm ħesrem il-karriera militari tiegħu ta’ 26 sena, wara biss tmien snin fl-armata Ingliża.

Marc jgħid li l-kunflitti li għaddejjin bħalissa huma Babilonja sħiħa. Huwa jgħid li biex issaltan il-paċi jridu jiġu rispettati l-kulturi differenti, “huma jgħixu l-kultura tagħhom u aħna ngħixu tagħna għax qed neqirdu d-dinja.”

Minkejja iżda t-trawmi li għadda minnhom, Marc jgħid li huwa kburi li serva fl-armata Ingliża li ser jibqa’ jġorr għal għomru din l-esperjenza kemm bis-sinjal tal-bullet fuq daru u anke bit-tatoo tar-reġiment li serva fih.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

COVID-19

Sidien ta’ ristoranti li fetħu fi tmiem il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn magħluqa qalu lil TVM li minkejja li kien bidu kwiet, iħossuhom pożittivi għaliex il-klijenti qed juru sinjali ta’…

COVID-19

Għalkemm il-virus Covid 19 għadu mhux megħlub għalkollox u l-vaċċin kontrih jista’ jieħu bosta xhur oħra sakemm jiġi żviluppat u tibda l-produzzjoni tiegħu, bosta pajjiżi reġgħu bdew ibexxqu l-bieb tas-sistema…

Aktar