Politika
Jekk kulħadd ikun responsabbli l-pajjiż joħroġ minn din is-sitwazzjoni malajr – Il-PM

Il-Prim Ministru Robert Abela ddeskriva s-sitwazzjoni fil-pajjiż minħabba l-Coronavirus bħala kalma u taħt kontroll, waqt li serraħ moħħ il-pubbliku li l-pajjiż huwa mħejji, għalkemm wera ruħu fiduċjuż li bil-koperazzjoni u bir-responsabbiltà ta’ kulħadd, il-pajjiż ser joħroġ minn din is-sitwazzjoni f’qasir żmien.

Intervistat fuq ONE TV, Dr Abela spjega li fil-pajjiż diġà hawn lockdown parzjali f’diversi setturi, u qal li l-miżuri iebsin li ttieħdu, fosthom ta’ kwarantina obbligatorja għal kull minn jasal Malta, ittieħdu skont il-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa biex kemm jista’ jkun jiġi evitat lockdown u l-konsegwenzi kollha tiegħu.

Dr Abela qal li dal-mument qiegħed jiddefinixxini għaliex in-nies qed tkun responsabbli u tabilħaqq li Aħna huwa ikbar mill-Jien. Dr Abela wera ruħu sodisfatt bil-koperazzjoni tal-pubbliku waqt li saħaq fejn ma kienx hemm din il-koperazzjoni daħlu l-forzi tal-ordni u jittieħdu l-passi meħtieġa.

Dr Abela qal li filwaqt li għandhom jibqgħu jittieħdu l-prekawzjonijiet kif rakkomandat mill-awtoritajiet tas-saħħa, għandna nwarrbu l-biża’. Qal li l-gvern jimxi mal-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa u qed ikun pro-attiv u għalhekk ittieħdu miżuri drastiċi, fosthom il-kwarantina obbligatorja u miżuri ohra li prattikament ġabu lockdown parzjali bl-għeluq tal-iskejjel, il-qrati u l-industrija turistika, fost oħrajn.

Il-Prim Ministru argumenta kontra sejħiet popolisti fosthom tal-Kap tal-Oppożizzjoni li qed isejħu għal lockdown sħiħ. Qal li anke bil-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa dan mhux meħtieġ f’dan l-istadju, u j’Alla l-pajjiż ma jkollux bżonnu. Spjega li l-miżuri li ttieħdu li qed ikunu effettivi, saru biex il-ħtieġa tal-lockdown komplet ikunu ittardjat u idealment evitat. Dan għaliex, qal il-Prim Ministru, dan joħloq tbatija kbira għall-poplu. Żied jgħid li wħud iridu lockdown mingħajr ma ntebħu li fil-pajjiż diġà hawn wieħed parzjali bil-miżuri li ttieħdu. Dr Abela qal li jekk l-awtoritajiet tas-saħħa jagħtu parir għal lockdown, il-gvern lest jgħafas il-buttuna għalih mhux lest jieħu deċiżjoni bl-addoċċ biex ikun popolist iżda saħaq li s’issa n-numri tal-każi huma baxxi u għad m’hemmx trasmissjoni lokali tal-virus.

Il-Prim Ministru qal li l-gvern mhux jixxaħħaħ fir-riżorsi kollha meħtieġa fil-qasam tas-saħħa u anke bl-ewwel pakkett ta’ għajnuna għall-intrapriżi. Żied jgħid iżda b’din is-sitwazzjoni kulħadd irid jerfa’ biċċa mill-piż. Dr Abela qal li huwa fiduċjuż li l-pajjiż ser joħroġ ma jdumx minn din is-sitwazzjoni u jerġa’ jagħti spint lis-setturi ekonomiċi biex jirkupraw id-diffikultajiet mumentarji u jimxu ’l quddiem.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ta’ 34 sena, li joqgħod il-Fgura, weġġa’ gravi waqt li kien qed isuq ir-rota. Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija jirriżulta li ċ-ċiklist kellu mpatt ma’ bollard u ġarrab xi ġrieħi. Huwa…

Kronaka

Żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħal Tarxien ġie arrestat il-lejl li għadda dwar serqa minn lukanda f’San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija qalet li għall-ħabta tal-11:30 p.m. irċeviet rapport minn ħaddiema ta’…

Politika

B’reazzjoni għall-istqarrija tad-deputati Nazzjonalisti li rrefera għalihom bħala li sal-lum mhux magħrufa, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li s-sottomissjonijiet legali diġà saru minnu stess mal-President ta’ Malta…

Aktar