COVID-19
Jekk ma tilbisx maskra fil-ħwienet tkun qed tikser il-liġi

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci sostniet dan meta mistoqsija mill-ġurnalisti dwar persuni li dalgħodu ntlemħu f’supermarkets u anki fuq tal-linja mingħajr maskra.

Prof Gauci ċċarat li dawk li ma jilbsux maskri meta jidħlu f’ħanut jew jirkbu t-trasport pubbliku jkunu qed jiksru l-liġi. Qalet ukoll li x-xufiera tal-karozzi tal-linja għandhom id-dritt li ma jħallux lill-passiġġieri jitilgħu abbord tal-linja jekk ma jkunux lebsin maskra jew visor.

Mistoqsija dwar il-penali, Prof Gauci qalet li kull min ma jilbisx maskra jkun qed iwettaq reat taħt l-Att dwar is-Saħħa Pubblika, u l-persuna tista’ titressaq il-Qorti.

Prof Gauci qalet li l-maskri mhux rakkomandati għal tfal taħt 3 snin, u fakkret biex wieħed joqgħod attent x’tip ta’ maskra qed jixtri; jekk hux waħda li tintrema wara l-ewwel użu jew maskra li tista’ tinħasel u terġa’ tiġi użata.

Ara wkoll:

3 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, 7 oħra mfejqa

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar