Ambjent
“Jekk mhux issa, meta?” L-ambaxxaturi tal-oċeani jiltaqgħu f’Malta

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela qal li Malta qed tieħu sehem attiv fil-governanza internazzjonali tal-oċeani.

Huwa kien qed jitkellem f’laqgħa tal-ambaxxaturi tal-oċeani li fil-preżenza ta’ uffiċjali mill-Kummissjoni Ewropea u l-Commonwealth komplew jfasslu strateġiji komuni dwar l-iżvilupp sostennibli tal-Oċeani.

“Jekk mhux issa, meta? Jekk mhux aħna, min?” Dan kien il-messaġġ li esprimew ir-rappreżentanti mill-Kummissjoni ewropea, n-Nazzjonijiet Maqgħuda, l-Commonwealth u uffiċjali ta’ diversi Gvernijiet waqt l-ewwel forum internazzjonali tal-ambaxxaturi tal-Oċeani f’Malta dwar il-ħtieġa tat-teħid ta’ azzjoni konkreta biex ma tkomplix issir ħsara lill-ibħra u lill-oċeani.

L-ambaxxatur tal-Oċeani għal Malta, il-Professur Alan Deidun qal li l-laqgħa f’Malta hija storika għax qed tgħaqqad flimkien istituzzjonijiet differenti biex ikun hemm aktar sinerġija fil-qasam tal-governanza tal-oċeani.

Qal li studju internazzjonali li sar tliet snin ilu ta stampa pjuttost mwegħra tal-istat tal-ibħra u l-oċeani. “Il-baħar qed isir iktar u iktar aċiduż u dik għandha impatt fuq il-qroll u affrijiet oħra, qed jogħla livell tal-baħar u dan huwa marbut mat-tibdil fil-klima, il-problema tal-plastik u l-problema tas-sajd u affarijiet oħra li għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp f’qiegħ il-baħar, qed imorru nħaffru f’qiegħ il-baħar u nagħmlu distruzzjoni.”

Il-mibgħut speċjali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda għall-Oċeani, Peter Thomson qal li l-laqgħa f’Malta qed tagħti spinta lejn dak li ġie maqbul fil-Konferenza tal-Oċeani tal-2017. Huwa qal li minkejja l-interessi varji, jidher li hemm qbil dwar x’azzjoni jeħtieġ tittieħed favur is-sostennibilta’ tal-oċeani.

“There are a lot of things happening now, but we have to make sure that they are being properly coordinated, that everybody understands what is happening in each other’s tracks, and all of these tracks are now about action,” qal Thomson.

Indirizzaw ukoll l-laqgħa tas-sitt ambaxxaturi tal-oċeani minn madwar il-kontinenti, il-Kummissarju Ewropew Karmenu Vella u s-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, Patricia Scotland li spjegaw l-isforzi tal-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth favur il-protezzjoni tal-oċeani u l-ekosistemi marittimi f’konformità mal-liġijiet internazzjonali.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-kummerċ, Carmelo Abela qal li Malta qed tieħu sehem attiv fit-tmexxija tal-governanza internazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Tħabbret il-mewt tal-ex Kap Eżekkuttiv tal-BOV Mario Mallia. Mallia ħareġ bil-penzjoni f’Diċembru li għadda u miet meta nqalgħu xi kumplikazzjonijiet waqt operazzjoni li daħal jagħmilha llum. Hu kien serva bħala…

Parlament

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista ressqet abbozz ta’ liġi biex issaħħaħ il-protezzjoni tal-ġurnalisti mit-theddida ta’ SLAPP. Il-Partit Nazzjonalista qal li dan l-abbozz msejjaħ Att biex jipprovdi għall-protezzjoni kontra kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika…

Saħħa

Rapport tal-Kummissjoni Ewropea poġġa lill-Maltin fost l-iktar popli fl-Unjoni Ewropea li jgħixu fit-tul mertu għas-servizzi tas-saħħa fil-pajjiż . . . iżda mhux kollox ward u żahar. Ir-rapport jgħid li żewġ…

Parlament

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-flus li l-Gvern għadda lill-kumpanija Vitals Healthcare marru għall-ħlas ta’ salarji, pagi u affarijiet li ntużaw fl-isptarijiet. Huwa kien qed iwieġeb mistoqsija tad-deputat Jason…

Aktar