Barranin
Jekk naqtgħu l-plastik se nagħmlu aktar ħsara ambjentali?

Nisimgħu ħafna kontra l-użu tal-plastik speċjalment fejn jidħol l-ippakkeġġjar. Madankollu skont rapport li ħareġ jidher li jekk naqilbu għall-alternattivi oħra ta’ ppakkeġġjar se nagħmlu aktar ħsara ambjentali.

Ir-rapport jgħid li pereżempju l-flixken tal-ħġieġ huma itqal mill-plastik u għalhekk meta jiġu trasportati se jkun hemm aktar tniġġis.

Min-naħa l-oħra basktijiet tal-karti għandhom aktar emissjonijiet tal-karbonju u iktar diffiċli biex jerġgħu jintużaw.

L-awturi tar-rapport qalu li bħalissa hawn kampanja sabiex jiġi evitat il-plastik minħabba l-iskart tal-plastik fil-baħar iżda mhux qed tingħata attenzjoi biżżejjed dwar il-konsegwenzi tal-alternattivi tal-plastik.

Ġie argumentat ukoll li l-plastik jibqa’ l-aktar materjal effettiv fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Intqal li pereżempju jekk l-ikel ikun ippakkjat fil-plastik iservi aktar fiż-żmien.

Aħbarijiet Oħra

L-Awstralja rnexxielha tirreġistra rekord bl-inqas każijiet ta’ Covid-19 fi tlett xhur, fejn irrapportat biss 18-il każ ġdid. Fl-istat ta’ Victoria li kien meqjus bħala l-epiċentru għall-virus irreġistra biss 14-il każ…

Il-kumpannija TikTok fl-Istati Uniti qalet li ftehim bejn il-kumpannija Ċiniża u dawk Amerikani Oracle u Walmert wassal biex dan l-app tant popolari mat-tfal, żgħażagħ u anki adulti jibqa’ jopera fl-Istati…

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-ġimgħa d-dieħla se jinnomina mara biex timla l-post vakanti tal-Imħallef tal-Qorti Suprema Ruth Bader Ginsburg li mietet jumejn ilu fl-età ta’ 87 sena. Ġimgħat…

Uffiċjali tal-FBI kkonfermaw li rnexxielhom jintraċċaw u jwaqqfu pakkett indirizzat lil Trump li kien mimli bil-velenu ricin. Il-pakkett kellu jasal il-White House iżda l-FBI u uffiċjali tas-Servizzi Sigrieti rnexxielhom jintebħu…

Aktar