Barranin
Jekk qed tipprova tonqos għandek tieħu kolazzjon?

Il-kolazzjon jaf ikun l-aktar ikla importanti tal-ġurnata, madankollu li tieklu mhux se jgħinnek biex tonqos mill-piż.

Skont riċerka Awstraljana mill-Università Monash dawk li jieklu l-kolazzjon jikkonsmaw mal-260 kallorija kuljum.

Minkejja dan ir-riċerkaturi jisħqu dwar l-importanza tal-kolazzjon għax huwa sors tajjeb tal-fajber u l-kalċjum. Jgħidu li jgħin lill-bniedem ukoll biex iżid il-konċentrazzjoni u l-attenzjoni tiegħu, b’mod partikolari fost it-tfal. Il-kolazzjon jagħtik l-enerġija u wara li tkun kiltu ma toqgħodx tnaqqar matul il-jum.

Madankollu, ir-riċerkaturi minkejja li jisħqu dwar l-importanza tal-kolazzjon huma jgħidu li mhux tajjeb għal min irid jonqos mill-piż.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mara ta’ 21 sena f’El Salvador, li t-tarbija tagħha nstabet mejta f’latrina fejn welldet, inħelset mill-akkużi li qatlet lil bintha. Evelyn Hernández minn dejjem qalet li hija innoċenti. Hija insistiet…

Immigrazzjoni

Tkompli tiżviluppa l-kwistjoni tal-immigranti abbord il-vapur Open Arms. Fl-aħħar sigħat tniżżlu Lampedusa s-27 immigrant taħt l-età wara li l-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini ta l-approvazzjoni li dawn jiddaħħlu l-Italja. Iżjed…

Barranin

Uffiċjal tas-sigurtà f’ajruport fi New York tkeċċiet mix-xogħol wara li tat nota lil passiġġier li fiha kien hemm miktub “Int ikrah”. Il-każ li seħħ f’Ġunju fi Greater Rochester International Airport. Il-filmat,…

Barranin

Raġel li raqad fuq saqqu li jintefaħ sab ruħu għadd ta’ kilometri ‘l bogħod fl-Istrett ta’ Messina, il-fliegu ta’ bejn l-Italja u Sqallija. Wara tfittxija ta’ disa’ sigħat, ir-raġel minn Reggio…

Aktar