Kurżitajiet
Jekk qrajt Harry Potter int persuna aħjar minn dawk li ma qrawhx

Skont riċerka li saret jekk tħobb u qrajt lil Harry Potter int persuna ħafna aħjar minn dawk li qatt ma taw kas lil Harry Potter.

Ma jagħmilx differenza jekk int hux parti minn Gryffindor, Hufflepuff, Ravenclaw, jew Slytherin, il-fatt li qrajt il-kotba ta’ Harry Potter int persuna aħjar. Dan għaliex b’mod inkonxju sawruk biex ma tkunx preġudikat lejn xi grupp ta’ minoranza.

Dan ħareġ fi studju li ġie ppubblikat fil-Journal of Applied Social Psychology. Fil-kotba ta’ din is-serje hemm ħafna gruppi differenti, bit-tema prinċipali hi li minkejja li l-gruppi huma differenti minn xulxin, huma xorta waħda qalbhom tajba ma’ xulxin. Il-kotba jorbtu l-preġudizzju max-xitan.

Ir-riċerka saret permezz ta’ kwestjonarju li tqassam fost 34 skola primarja. Huma ġew mistoqsija kif iħossuhom dwar l-immigranti. Wara huma qasmu lit-tfal f’żewġ gruppi, fejn qraw partijiet differenti minn Harry Potter. Ġimgħa wara t-tfal reġgħu ġew mistoqsija dwar l-attitudni tagħhom lejn l-immigranti. Dak il-grupp li qara s-silta dwar il-preġudizzju tejbu l-attitudni tagħhom lejn l-immigranti filwaqt li l-grupp l-ieħor li qara silta newtrali ma biddilx il-ħsieb tiegħu. Fi ftit kliem dawk it-tfal li qraw dwar il-mibegħda u l-kativerja ta’ Malfoy urew aktar tjubija u toleranza.

L-istħarriġ kompla fejn gruppi ta’ nies ġew mistoqsija dwar l-emozzjonijiet tagħhom lejn gruppi ta’ minoranza wara li qraw fuq Harry u sħabu. Mir-riżultati ħareġ li kien hemm min tejjeb l-attitudni tiegħu lejn persuni gay u oħrajn urew aktar kompassjoni lejn ir-refuġjati.

L-awtriċi tal-istudju Dr Loris Vezzali qalet li l-karattru ta’ Harry Potter huwa empatiku ma’ dawk in-nies li għandhom xi stigma. Huwa jipprova jifhem il-weġġgħat u t-tbatijiet tagħhom.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ir-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja jridu li l-Arabja Sawdija tagħti spjegazzjoni ċara dwar il-qtil ta’ Jamal Khashoggi li deher dieħel fil-konsulat tal-Arabja Sawdija. Fi stqarrija komuni t-tliet pajjiżi qalu li…

Barranin

Fit-Tajwan, mill-anqas 17-il persuna tilfu ħajjithom u mal-137 indarbu meta l-ferrovija li kienu fuqha nqalgħet minn fuq il-linji. L-inċident seħħ fil-belt ta’ Yilan meta fuq il-ferrovija kien hemm 366 passiġġier….

Barranin

Fi ftit xhur żewġt itfal tilfu lill-ġenituri tagħhom. Dan wassal biex żagħżugħ ta’ 19-il sena kellu jservi ta’ omm u missier ħuh li għandu 13-il sena. Nathan u Luke Philips…

Trump

Il-President Amerikan Donald Trump iddikjara li l-Istati Uniti se tkun qed tirtira mit-trattat dwar l-armi nukleari mar-Russja. Waqt li kien qed jitkellem mal-ġurnalisti, Trump qal li d-deċiżjoni ttieħdet għaliex ir-Russja…

Aktar