Lokali
AĠĠORNAT: Jekk se ssiefer għada aħseb kmieni

Jum Santa Marija ser ikun l-iktar jum bieżel tas-sena għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Il-kumpanija li tmexxi l-Ajruport, l-MIA qalet li għada mistennija jinżlu jew jitilgħu mill-ajruport 182 ajruplan li bejniethom ser iġorru mat-30,000 passiġġier. Kompliet tgħid li sa tmiem il-ġimgħa, 182,000 passiġġier ser jgħaddu mal-ajruport din il-ġimgħa, diskritta bħala l-iktar waħda bieżla għall-ajruport.

L-MIA qalet li peress li l-għadd tal-passiġġieri ser jilħaq mal-2,000 persuna bl-iktar siegħa bieżla tal-ġurnata, il-passiġġieri huma mħeġġa jaħsbu aktar kmieni jekk ser jivvjaġġaw għalkemm qalet li ttieħdu passi fis-sala tat-tluq biex iċ-check-in ta’ diversi linji tal-ajru jsir b’aktar ħeffa.

Żiedet tgħid li ħadet diversi miżuri oħra biex il-passiġġieri jħossuhom komdi u jingħataw l-aħjar trattament. Fl-istess waqt, l-MIA ħeġġet lill-passiġġieri biex b’miżuri żgħar u fi ftit ħsieb, inaqqsu l-iskart speċjalment tal-plastik u għalhekk fost oħrajn qed tipprovdi l-opportunità lil passiġġieri biex jimlew l-flixkien tal-ilma b’ilma tajjeb għax-xorb.

Fl-ajruport iltqajna ma’ diversi Maltin u turisti, li minkejja li siefru f’dawn il-jiem qalu li li l-esperjenza tagħhom fl-ajruport kienet pjaċevoli u effiċjenti, b’pass pjuttost normali u kajman imqabbel ma meta siefru fi żminijiet oħra tas-sena.

Segwi fil-filmat il-kummenti li taw lil Daphne Cassar:

Aħbarijiet Oħra
Temp

Skont il-paġna fuq Facebook, it-Temp Madwarna, jidher li l-ewwel maltempata tinsab wara l-bieb. Skont l-istess paġna diversi mudelli tat-temp qed jindikaw li fl-aħħar jiem t’Awwissu jista’ jkollna l-ewwel xita hekk kif…

Kronaka

Żagħżugħ Franċiż ta’ 24 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li x’aktarx ipprova jaqbeż minn fuq dgħajsa għall-baħar u spiċċa ħabat rasu mad-dgħajsa. Il-pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident, li seħħ…

Lokali

Id-Dwana kkonfiskat 1,700 sigarett tal-kuntrabandu minn maħżen ta’ stabbiliment f’Bormla. Dan seħħ wara xhur ta’ sorveljanza mill-uffiċjali tad-Dwana. Is-sid inqabad fil-fatt joħroġ kaxex ta’ sigaretti tal-kuntrabandu mill-maħżen, li jinsab biswit…

Lokali

Beda jaqta’ x-xagħar ta’ 13-il sena u llum li għandu 68 sena m’għandux ħsieb li jieqaf. Il-barbier Żejtuni Louis Cassar jispjega lil TVM għal xiex mal-bieb ta’ barra weħħel tabella…

Aktar