Lokali
Jekk se taqsam il-fliegu aħsiblu qabel

Il-kumpanija Gozo Channel għaddejja b’xogħol ta’ manutenzjoni fuq l-MV Malita sal-11 ta’ Mejju 2018.

Biex tikkumpensa għan-nuqqas ta’ dan il-vapur, il-kumpanija ħarġet bi skeda ġdida li se tibqa’ fis-seħħ sal-11 ta’ Mejju 2018.

L-iskeda għall-vjaġġi se jsiru kif ġej:

Mgarr, Gozo Cirkewwa, Malta
04:45 05:15
05:30 06:00
06:00 06:30
06:30 07:00
07:00 07:30
07:30 08:15

Il-vjaġġi l-oħra se joperaw skont l-iskeda, iżda s-servizz jista’ jaqleb shuttle skont id-domanda tat-traffiku.  Il-kumpanija hija kommessa li topera l-vapur Mv Ta’ Pinu biż-żewġ xkafef biex l-operat ilaħħaq mad-domanda tat-traffiku skont l-esiġenzi neċessarji.

L-arranġamenti se jibqgħu fis-seħħ sakemm Mv Malita jkun lura fis-servizz. Dan kollu wkoll jiddependi mill-kundizzjoni tat-temp.