Jekk taf lil xi ħadd li m’għandux kenn mill-kesħa ċempel xelter tal-emerġenza – l-Isqof

L-Arċisqof Charles J Scicluna appella lil dawk li jafu lil xi ħadd li m’għandux fejn joqgħod f’dawn il-ġranet ta’ kesħa biex jagħmlu kuntatt ma’ Dar Papa Franġisku u Dar Maria Dolores biex dawn ikunu jistgħu jieħdu kenn fihom. Dan b’mod partikolari minħabba li t-temp mistenni jiggrava u jiksaħ aktar matul tmiem il-ġimgħa. L-Arċisqof qal dan fi Tweet illejla, fejn ħeġġeġ lill-irġiel li għandhom bżonn kenn biex jagħmlu kuntatt ma’ Dar Papa Franġisku f’Birkirkara fuq 27888211. Lin-nisa li għandhom bżonn kenn ħeġġiġhom jagħmlu kuntatt Dar Maria Dolores li tinsab Fleur Des Lys fuq in-numru 21445431.

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar