Lokali
Jekk taħdem mal-Forzi tal-Ordni u tkorri fuq xogħol se tingħata kumpens

L-uffiċjali tal-Forzi tal-Ordni u tad-Dwana se jkunu koperti b’assikurazzjoni jekk iweġġgħu serjament waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

Waqt li ħabbru l-iskema, il-Ministri Michael Farrugia u Edward Scicluna qalu li l-kumpens jiġi stabbilit skont il-gravità tal-inċident u l-massimu li jista’ jingħata mill-Gvern se jkun ta’ €180,000.

Mill-1 ta’ Mejju ġej, il-korpi dixxiplinati fosthom il-pulizija, is-suldati, l-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u tad-Dwana, se jkunu koperti b’assikurazzjoni tal-Gvern f’każ li jkorru serjament jew imutu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministri Michael Farrugia u Edward Scicluna qalu li b’hekk qed titwettaq wegħda oħra elettorali. Il-Ministru  Farrugia, stqarr li l-inċident tas-Surġent Simon Schembri serva ta’ katalist biex din l-assigurazzjoni issir kemm jista’ jkun malajr.

”Konna ddeċidejna li nwessgħu anke l-membri tal-korpi dixxiplinati li jistgħu jgawdu minn din l-iskema ta’ diżabilità permamenti jew inkella allaħares qatt xi membru jmut riżultat ta’ xogħlu. Il-każ ta’ Simon Schembri kompla jixrpuna biex ngħaġġlu aktar u deher b’mod ċar il-bżonn li nikkonkludu u attwalment illum qed nagħmlu storja oħra tal-korpi dixxiplinati.”

Il-Ministru Edward Scicluna, spjega li l-Gvern għandu r-riżorsi finanzjarji biex jagħmel tajjeb għal dawn iċ-ċirkustanzi mingħajr il-bżonn li jittieħdu passi bill-qorti għal kumpens.

”Din għamilnieha fuq il-mudell li tagħti l-industrija li tagħti bejn wieħed u ieħor 3/4 darbiet is-salarju ta’ dak li jkun f’każ ta’ mewt. Hemm massimu għax jiddependi mis-salarju ta’ dak li jkun ta’ €180,000.”

Fil-jiem li ġejjin se jsiru laqgħat mal-impjegati fil-forzi tal-ordni biex l-iskema tkun spjegata aktar fid-dettall.

 

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar