Internet
Jekk taħdem mid-dar huwa tajjeb li tkun taf…

Minn Marzu ‘l hawn, ir-rutina ta’ bosta minna sfat milquta bħal leħħa ta’ berqa. Mil-lejl għan-nhar, fost l-oħrajn, bosta Maltin u Għawdxin spiċċaw jaħdmu mid-dar kif setgħu. Minkejja l-fatt li wħud għoġobhom ix-xogħol li jistgħu jkomplu jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum mingħajr ma joqogħdu jinqalgħu, tajjeb li dak li jkun ikun mgħarraf x’għandu jagħmel biex ma jpoġġix lilu nnifsu fil-periklu.

F’filmat maħdum minn Cyber Security Malta fi ħdan l-Aġenzija tal-Gvern għat-Teknoloġija tal-Informatika, il-MITA, inġibdet l-attenzjoni għall-fatt li min jaħdem mid-dar x’aktarx li jkollu aċċess għal riżorsi li jinsabu fuq sistemi fi ħdan il-post tax-xogħol. Sabiex dan l-aċċess ikun possibbli, spiss jintużaw il-VPN, il-cloud storage jew web portals magħmulin apposta.

Huwa kruċjali li l-installazzjoni ta’ dawn it-tip ta’ programmi ssir b’mod professjonali minn persuni li huma kompetenti. Sigurtà, li tiżdied ġmielha bl-użu tat-two-factor authentication, jiġifieri meta lil hinn mill-password dak li jkun jirċievi sms li permezz tiegħu jkun qed jawtentika għal darba darbtejn.

F’dan l-isfond, min iħaddem għandu jfassal għadd ta’ linji gwida biex iservu bħala punt ta’ referenza għall-impjegati kollha sabiex ikunu jistgħu jaħdmu mid-dar b’rashom mistrieħa. Kumpanija għandha tipprovdi wkoll sapport biex min jiġi f’dubju jkun jista’ jirrikorri għall-għajnuna.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Illejla, il-preżentatur popolari Ben Camille u martu Xtina għad kif kellhom tarbija għat-tieni darba. Wara Elle, il-koppja kompliet tkattar il-familja b’George. Permezz ta’ post fuq Facebook il-preżentatur ħabbar li Xtina…

Televiżjoni u Radju

Fl-aħħar nett, Howard Keith Debono se jkun qed jaħdem id f’id ma’ Sarah Zerafa, Ray Attard u Maxine Aquilina bħala membru tal-ġurija ta’ ‘Malta’s Got Talent’ fix-xhur li ġejjin. Howard Keith Debono…

Televiżjoni u Radju

It-tielet membru tal-ġurija ta’ ‘Malta’s Got Talent’ għadu kemm ġie magħruf. Il-parteċipanti se jkollhom jgħaddu wkoll mill-għarbiel tal-voti ta’ Maxine Aquilina. Maxine Aquilina hija attriċi li fost l-oħrajn tħarrġet fil-musicals…

Televiżjoni u Radju

Maġenb Sarah Zerafa, Ray Attard se jkun qed jgħid tiegħu wkoll bħala membru tal-ġurija ta’ ‘Malta’s Got Talent’ quddiem l-għadd ta’ parteċipanti li fix-xhur li ġejjin mistennija jittantaw xortihom fuq il-palk bil-għan…

Aktar