Kurżitajiet
“Jekk taħraq il-ħwejjeġ int u tgħaddi fittex poġġi ħjara”

Spiss, dak li jkun ikollu ruxmata ħsibijiet fuq moħħu. Il-ħajja donnha saret mgħaġġla wisq. Kultant, taljena rasek daqs tazz’ilma. Fost l-oħrajn, mhux l-ewwel darba li dak li jkun ikollu seba’ mitt sena sakemm jitlaq ‘il barra, iħalli kollox għall-aħħar u frott l-għaġġla jispiċċa jinsa l-ħadida tal-mogħdija fuq il-ħwejjeġ. Lil hinn milli toħodha qatta’ bla ħabel kontrik, f’dan il-każ, x’tista’ tagħmel ta’ malajr?

F’dan l-isfond, f’kummenti lil tvm.com.mt Joyce Muscat, espert taż-żjut essenzjali qalet li dak li jkun jista’ jtaffi l-ħruq f’kemm ili ngħidlek billi jqatta’ ħjara roti roti u jpoġġiha fejn ikun ħaraq il-ħwejjeġ. Qalet, li l-ħjar fih għadd ta’ antiossidanti naturali li jgħinu ġmielu kontra l-ħruq.

Is-Sinjura Muscat spjegat li l-ħjar huwa antinflammatorju. Qalet, li dak li jkun jista’ juża l-ħjar għall-istess għan f’każ li jlaqqat xi xemxata, billi jpoġġi l-ħjar direttament fuq il-ġilda jew billi jagħmel taħlita bih. Taħlita, li tista’ tkattarha b’aktar ingredjenti li joffru għadd ta’ benefiċċji għall-ġilda fosthom għasel u aloe vera.

Aħbarijiet Oħra

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Illum fis-18:15 fuq TVM ser ikunu qiegħed jintwera programm bil-kanzunetti li għaddew għall-finali tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2020.  F’dan il-programm ser naraw 12-il kanzunetta li ġew interpretati live quddiem…

Minn għada TikTok u WeChat mhux se jkunu jistgħu jitniżżlu mill-app stores fl-Istati Uniti, sakemm il-President Donald Trump ma jilħaqx ftehim fl-aħħar ħin. L-amministrazzjoni ta’ Trump temmen li dawn l-apps…

Wara li s-sena l-oħra, Duncan Laurence rebaħ il-Eurovision l-Olanda kienet ħerqana sabiex tospita u torganizza l-Eurovision 2020. Madankollu, minħabba l-COVID-19 il-pjanijiet ma marrux kif wieħed xtaq u stenna. Il-pandemija waslet…

Aktar