Edukazzjoni
“Jekk taqdu r-responsabbiltajiet b’rispett lejn il-ħajja tibnu fuq il-blat” – l-Isqof Awżiljarju lill-gradwati

Mit-Tnejn li ġej l-Università ta’ Malta se jibdew ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni għal tliet elef u ħames mitt student, li aktar minn sittin fil-mija minnhom huma nisa. F’quddiesa ta’ ringrazzjament, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ta tifsira nisranija għall-ħajja ta’ suċċess u appella lill-gradwati biex jibnu l-karrieri tagħhom fuq sisien sodi bħal onestà u dinjità, u biex jibqgħu attivi fis-soċjetà.

Fil-jiem li ġejjin 3,500 student se jilħqu l-milja ta’ snin ta’ studju, kultant ta’ żmien diffiċli u ħafna ostakli, bil-gradwazzjoni mill-Università ta’ Malta li qed tiċċelebra l-250 sena mit-twaqqif tagħha.

Mit-Tnejn li ġej fil-Knisja tal-Ġiżwiti u s-Sala Sir Temi Zammit tal-Università, se jsiru 29 ċerimonja fosthom waħda għal tletin student li mistennija jiggradwaw b’Dottorat.

Bħax-xejra tal-aħħar snin, din is-sena wkoll se jerġa’ jkun hemm aktar gradwati nisa milli irġiel. Miċ-ċifri li ksibna mill-Università jidher li 2150 jew 61% tal-gradwati se jkunu nisa.

F’quddiesa ta’ radd il-ħajr ghal gradwati l-godda, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi awguralhom biex ħajjithom kollha tkun suċċess, u biex dan ikun mibni fuq sisien sodi. Qal li minn kliem Ġesù joħorġu ħafna valuri sbieħ li jistgħu jiggwidawhom lejn ħajja ta’ suċċess.

L-Isqof Awżiljarju qal lill-gradwati li jekk jagħrfu jaqdu r-responsabbilitajiet fil-professjoni tagħhom b’rispett lejn il-ħajja u d-dinjità ta’ kull persuna u b’onestà sħiħa, jkunu qed jibnu fuq il-blat. Ħeġġiġhom biex ma jingħalqux fihom infushom u biex jegħlbu t-tentazzjoni li jqabblu fejn jaqblilhom jew li jfittxu l-gwadann personali, akkost li jgħawġu l-prinċipji. L-Isqof Galea-Curmi qal li min jgħix hekk jaf ikun qed jidher li qed jagħmel suċċess imma fil-verità jkun qed jibni fuq ir-ramel.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se terġa’ tikkollabora ma’ DJ Tenishia għal kunċert bla ħlas, is-Sibt 25 ta’ Lulju, fi Pjazza San Ġorġ il-Belt. Il-kunċert TEMPO se jġedded il-memorja ta’ ħafna…

Infrastruttura

Malta miżgħuda mini li tul is-snin tħaffru għal skopijiet differenti, fosthom għall-produzzjoni tal-ilma tal-pjan. L-aktar popolari x’aktarx huma dawk f’Ta’ Kandja, iżda inqas magħrufa u x’aktarx isbaħ minħabba l-istat naturali…

Sport

Il-Covid-19 ħarbtet il-programm ta’ għadd ta’ attivitajiet sportivi, mhux l-anqas tad-dilettanti tal-karozzi. Is-Sibt li għadda, taħt dawl artifiċjali u b’żiffa ħelwa sajfija, mijiet inġabru fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Sport Muturi Karozzi biex…

Politika

Id-deputati li stqarrew li m’għandhomx fiduċja f’Adrian Delia qalu li se jibqgħu determinati li jġibu l-bidla meħtieġa fil-Partit Nazzjonalista u fil-pajjiż. Qalu li għat-tieni darba f’ġimgħa ġie kkonfermat li Dr…

Aktar