LGBTIQ
“Jekk tara koppja tal-istess sess fit-triq tmurx tgħid lill-ġenituri tagħhom” – MGRM

Il-Malta Gay Rights Movement (MGRM) qed jappella biex dawk li jaraw koppja żagħżugħa tal-istess sess fit-triq, ma jmorrux jgħidu lill-ġenituri tagħhom mingħajr il-kunsens taż-żgħazagħ.

Fuq il-midja soċjali l-MGRM qal li din tiġri kemm-il darba u minħabba f’hekk qed jinħolqu problemi serji lil persuni LGBT+. Qal li dawn il-problemi jinkludu vjolenza psikoloġika u/jew fiżika mill-ġenituri fuq uliedhom, fost affarijiet oħra.

Il-moviment sostna li huma l-persuni LGBT+ biss li jridu jiddeċiedu meta u kif jgħidu lill-ġenituri tagħhom, u ħadd m’għandu jindaħal x’jagħmel ħaddieħor f’ħajtu.