X

Jekk tħobb il-qtates tmurx tgħix f’dan il-post!

Post fi New Zealand huwa ppjanat li jkun ħieles għal kollox mill-qtates, bir-residenti li mhux se jitħallew jibqgħu jrabbu lil dawn l-annimali domestiċi.

L-awtoritajiet f’Omaui jridu li jeħilsu mill-qtates biex isalvaw għasafar u amfibji endemiċi, li qed jisfaw vittmi tal-qtates u jinsabu fil-periklu li jinqerdu.

Jekk dan il-pjan ikun approvat, il-qtates kollha f’Omaui jridu jibdew jissewwew, jiġu ċċippjati u rreġistrati, u wara li dawn imutu s-sidien ma jistgħux irabbu qtates oħra.

Dan wassal għal protesti mir-residenti, li mhux biss iħobbu l-qtates, iżda jinsabu wkoll imħassba li mingħajr qtates se jiżdiedu l-ġrieden.

Id-deċiżjoni tal-awtoritajiet f’dan ir-reġjun tifforma parti minn pjan nazzjonali madwar New Zealand kollu biex tkun protetta l-flora u l-fauna endemika.