Jekk tħoss li kbirt għax għalaqt 18, erġa’ aħsibha!

Għalkemm 18-il sena hija l-età li fiha wieħed isir adult fil-maġġoranza tal-pajjiżi madwar id-dinja, jidher li bejn l-età legali u l-età tal-moħħ hemm baħar jaqsam.

Dan qaluh esperti tan-newroloġija waqt laqgħa marbuta ma’ din ix-xjenza li qed issir fl-akkademja tax-xjenzi mediċi f’Oxford, fir-Renju Unit.

Xjentisti qalu li qabel jaqbad it-tletinijiet, il-moħħ tal-bniedem ma jkunx iffurmat b’mod li jista’ jissejjaħ adult. Dan għaliex il-moħħ ikun għadu għaddej minn bidliet li jistgħu jaffettwaw l-imġieba, u li wkoll iżidu r-riskju ta’ mard mentali.

Il-Professur Peter Jones kien ikkowtat jgħid li huwa assurd li jkollna definizzjoni eżatta ta’ meta persuna ssir adulta, għaliex dan il-proċess isir fuq medda ta’ madwar 30 sena u mhuwiex l-istess għal kulħadd.

Żied jgħid li għal din ir-raġuni ħafna mħallfin ta’ esperjenza jagħmlu distinzjoni bejn kriminal ta’ 19-il sena u kriminal li jkun imdaħħal sew fit-tletinijiet.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Is-sħana li għamlet f’Ġunju kienet l-iktar waħda qawwija għal dan ix-xahar f’96 sena. Fi stqarrija, l-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li f’Ġunju t-temperatura medja laħqet 26.3°C, u l-aħħar…

Lokali

Pedro għandu sena, u ma jitflifx bulettin tal-aħbarijiet wieħed minn ta’ TVM. Il-favorit tiegħu iżda huwa ta’ nofsinhar, li jinqara minn Joe Dimech. Ommu, Maryanne Molina Xuereb, qalet lil TVM…

Barranin

Kelb fi New Jersey ma ħasibhiex darbtejn biex jeħodha ma’ ors li sab fil-ġnien tal-ġirien tiegħu. L-inċident inqabad minn kamera tas-sigurtà, u f’leħħa ta’ berqa dar mad-dinja wara li ttella’…

Aktar