Kurżitajiet
Jekk tieħu l-vitamina Ċ ma timradx?

Huma bosta r-rimedji ta’ kif tista’ tevita li timrad f’dawn iż-żminijiet, minkejja li hawn mal-200 virus x’tikkumbatti biex ma jaqbdekx riħ.

L-istil ta’ ħajja li qed ngħixu u d-dieta jaffettwaw is-sistema immunitarja tagħna, li jekk tkun dgħajfa tispiċċa ma tiflaħx.  Għalhekk x’inhu l-iktar importanti li wieħed jieħu biex ma jimradx?

Iktar milli t-tip ta’ ikel li għandek tiekol, studji juru li huma s-supplimenti li jagħmlu differenza lill-ġisem tal-bniedem.  Wieħed mir-rimedji li tista’ faċilment tieħu d-dar huwa li tiekol it-tewm.  Studju juri li jekk tiekol it-tewm għal 12-il ġimgħa matul ix-xitwa hemm ċans timrad inqas.

Jekk tieħu l-vitamina Ċ, tgħin ukoll, għalkemm mhux daqs kemm wieħed jaħseb.  Billi tixrob il-larinġ magħsur m’għandekx garanzija li mhux se tibla xi riħ u dan minħabba li din il-frotta m’għandhiex biżżejjed vitamina Ċ biex tagħti spinta lis-sistema immunitarja.

Il-lozenges magħmulin miż-żingu (zinc) jnaqqsu b’terz il-perjodu kemm iddum b’imnieħrek imblukkat, 22% inqas għandek ċans li tagħtas, u nofs iċ-ċans li tisgħol.  Studju juri li jekk teħodhom fl-ewwel 24 siegħa mindtu jkollok l-ewwel sintomi, dawn il-lozenges jistgħu jgħinuk tfiq minn riħ.

Imbagħad jeżistu rimedji oħra, li ntirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra, li iktar milli jistgħu jkunu effettivi, bihom tħossok aħjar, fosthom is-soppa tat-tiġieġ.

Minkejja dan kollu iżda jekk jaqbdekx riħ jew le, hija kwistjoni ġenetika wkoll, għax min lanqas biss iħossu ma jiflaħx meta jaqbdu riħ u hawn min kif appena jaqbdu riħ jimrad sew u jkollu jara kif se jikkura ruħu biex ifieq malajr kemm jista’ jkun!

Aħbarijiet Oħra
Lokali

X Factor Malta qed isejjaħ għall-kontribut ta’ kompożituri u awturi li jixtiequ li l-kanzunetti tagħhom jiġu interpretati mill-kontestanti tal-programm. Il-kanzunetti li jiġu magħżula jiġu interpretati waqt il-‘live shows’ fil-fażi finali…

Forzi Armati

Jumejn oħra l-Forzi Armati jimmuntaw l-akbar parata annwali. L-okkażjoni hi l-festa nazzjonali ta’ Jum ir-Repubblika. Il-parata ta’ din is-sena se tinkludi wkoll l-hekk imsejħa Trooping The Colour . . ….

Kronaka

Anzjana sofriet xi ġrieħi wara li allegatament ġiet aggredita minn raġel fil-Ħamrun. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15 ta’ waranofsinhar viċin il-knisja ta’ San Ġorġ Preca. Fuq il-post marru l-Pulizija u tim…

Qorti

Żewġ Somali tressqu l-Qorti akkużati b’pussess aggravat tad-droga kannabis, bi traffikar, u li huma riċedivi. Huma gew arrestati l-Ħadd li għadda mill-pulizija li kienu qed jagħmlu r-ronda fil-Ħamrun. Iż-żewġ irġiel…

Aktar