Kurżitajiet
Jekk tiekol iċ-ċikkulata hemm ċans li jitilgħu iktar ponot fil-wiċċ?

Din hija mistoqsija li ssir lil ħafna speċjalisti tal-ġilda.  Saru diversi studji b’uħud jgħidu li veru u oħrajn juru li m’hemmx relazzjoni bejn iċ-ċikkulata u l-ponot.

Ikel rikk fil-karboidrati u z-zokkar, fosthom is-soft drinks, il-ħobż proċessat u l-boroż, huma ħżiena għall-ġilda li hija suxxettibbli għall-ponot.

Ċerti studji wrew kif tfal li jieklu l-ħelu u ċ-ċikkulata għandhom inqas ċans li jkollhom il-ponot minn dawk li jieklu l-junk food.  Oħrajn juru li dawk li jieklu ċikkulata magħmula mill-ħalib huma suxxettibbli iktar għall-ponot.

Madanakollu, l-ispeċjalisti huma tal-fehma li l-affarijiet huma iktar kumplikati minn hekk għax hemm taħlita ta’ fatturi li jistgħu jikkontribwixxu għall-ponot.

Filwaqt li qed isiru u se jibqgħu jsiru iktar studji, l-esperti jgħidu li l-aħjar li tkun taf il-ġilda kif tirreaġixxi għaċ-ċikkulata.  Jekk tinduna li meta tiekol iċ-ċikkulata jiżdiedu l-ponot, l-aħjar li tevita jew tnaqqasha.

Il-moderazzjoni hija l-aħjar mezz biex tevita riperkussjonijiet ta’ din ix-xorta, xi ħaġa li tingħad mill-esperti f’kull tip ta’ ikel li jittiekel, mhux għad-dehra biss iżda wkoll għal saħħet il-bniedem.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit bdiet it-tellieqa għall-mexxej tal-Partit Konservattiv li jmiss, wara li lbieraħ, Theresa May ħabbret li se tirriżenja x-xahar id-dieħel. Din l-elezzjoni mhux se tirriżulta biss f’mexxej ġdid tal-partit, imma…

Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Aktar