Televiżjoni u Radju
Jekk tinsab sieq fuq sieq id-dar b’TVMi għandek x’tara

Is-sitwazzjoni straordinarja li ninsabu fiha ġabitna lkoll xi ftit jew wisq daharna mal-ħajt, hekk kif iċ-ċirkostanzi li qegħdin ngħixu fihom sfrattaw ir-rutina ta’ kuljum ta’ bosta.

Madanakollu, kull deni ħudu b’ġid, hekk kif iss’aktar minn qatt qabel dak li jkun jaf sab ix-xoqqa f’moxtha biex igawdi ftit aktar mis-soltu lill-għeżież li jgħix magħhom taħt l-istess saqaf, u li frott il-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum dak li jkun aktarx li ftit li xejn ikollu ċans jintefa’ magħhom sieq fuq sieq id-dar.

F’dan l-isfond, f’dawn il-jiem, fuq TVMi, il-pjattaforma on demand ta’ Television Malta, qed jittellgħu għadd ta’ teledrammi li huma tant għal qalb bosta Maltin u Għawdxin, fosthom ‘Strada Stretta’, l-ewwel żewġ staġuni ta’ ‘L-Għarusa’, ‘Sorelle’, u ‘F’Ġieħ l-Imħabba’. U, ftit ftit, TVMi ser jitkattar b’aktar kontenut.

Tista’ żżur il-paġna ta’ TVMi billi tagħfas hawnhekk.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-Italja mument ta’ diqa meta fl-ibliet Taljani mill-Lombardija, l-agħar reġjun milqut mill-Covid 19 sa Sqallija, il-bnadar tniżżlu mezzasta, u l-pajjiż osserva minuta silenzju biex ifakkar iżjed minn mitt elf vittma…

Barranin

Koppja anzjana, li nzertaw jgħixu f’pajjiżi differenti, anki jekk ġirien, spiċċaw mifruda minn xulxin minħabba l-Covid-19. Inga Rasmussen ta’ 85 sena tgħix id-Danimarka, waqt li Karsten Tüchsen Hansen ta’ 89 sena…

COVID-19

Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, sostna li dan mhuwiex żmien tal-‘weekend breaks’, la f’Malta u lanqas f’Għawdex. Waqt konferenza stampa, il-Ministru Camilleri qal li kull passiġġier li jirkeb il-Gozo Channel…

Kurżitajiet

Fl-Indja uffiċjal tal-pulizija ħareġ bl-idea li jilbes tal-Covid-19 bil-għan li jħeġġeġ lill-pubbliku jibqa’ ġewwa biex ma tkomplix tinfirex il-marda. Kif jispjega fil-filmat, l-uffiċjal tal-pulizija jittama li bl-elmu li ħoloq, f’forma…

Aktar