Mużika
Jekk tkanta bil-Malti issa ċ-ċans li turi x’issarraf, tista’ tapplika sa bħal-lum ġimgħa

Edizzjoni oħra tal-Għanja tal-Poplu, l-44 waħda, tinsab wara l-bieb. Għal darb’oħra, fi ftit kliem, il-festival mistenni joffri festa ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti. Ix-xoqqa f’moxtha, biex jingħata rikonoxximent kif mistħoqq lill-kant bil-Malti u xejn xejn jittella’ spettaklu li jpaxxi ‘l-widna tal-pubbliku Malti u Għawdxi.

Il-festival qed jiġi organizzat mill-kumitat l-Għanja tal-Poplu bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Valletta Cultural Agency. Ilkoll, l-organizzaturi qed iħeġġu lil għadd ta’ artisti fostna li jkantaw bil-Malti biex ma joqogħdux lura milli juru xi jsarrfu fuq il-palk.

L-Għanja tal-Poplu msejjes fuq tliet stadji. Qabelxejn, jintgħażlu għadd ta’ kanzunetti minn dawk kollha sottomessi, imbagħad jinstemgħu l-kanzunetti finalisti u r-rebbieħ mistenni jitħabbar lejn l-aħħar ta’ Settembru. Liema serata, se tkun qed tixxandar fuq TVM.

Intant, jekk inti interessat, jonqsok ġimgħa ċans biex tapplika onlajn hekk kif is-sottomissjonijiet se jibqgħu jintlaqgħu sa nhar l-Erbgħa l-1 ta’ Lulju.

Għal aktar tagħrif tista’ żżur dan is-sit.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-kantanta Maltija Giorgia Borg għandha biss 12-il sena. Minkejja l-età pjuttost ċkejkna, f’April tas-sena l-oħra Giorgia ttantat xortiha b’kanzunetta oriġinali lil hinn minn xtutna fix-show ‘Britain’s Got Talent’ u f’kemm ili…

Reliġjon

Tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minn xtut il-gżejjer Maltin, Sqallija mogħnija b’pajsaġġ pittoresk li jsaħħar l-għajnejn u b’għadd ta’ bliet il-ġmiel tagħhom. Fosthom, il-belt ta’ Modica. Liema żona, fost l-oħrajn,…

Kurżitajiet

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, għal darb’ oħra għamel referenza għal Malta b’mod li ma tantx niżel tajjeb mal-Maltin, wara li fl-2012 iddieħak bil-Maltin għax xtraw il-bendy buses mingħand…

Mużika

Superlove, il-grupp Malti bbażat f’Berlin nieda t-tielet filmat mużikali u t-tieni kanzunetta bil-Malti ‘L-aħħar jum ta’ Vaganza’. Il-lockdown sewa tajjeb lill-grupp hekk kif ipproduċa l-filmat u l-kanzunetta li minnha joħorġu…

Aktar