Kurżitajiet
Jekk weħilt mit-test tal-karozza int wieħed mill-aħjar xufiera

Studju ġdid jgħid li min weħel mill-ewwel test tal-karozza maż-żmien se jsir wieħed mill-aħjar sewwieqa.

Għalkemm wieħed jeħodha bi kbira meta jitla’ għat-test tal-karozza u jeħel, riċerka turi li d-drabi li weħilt mit-test huma indikazzjoni pożittiva ta’ kemm int tajjeb biex issuq.

Kumpanija tal-assigurazzjoni għamlet studju kif il-konsumaturi tagħha jsuqu, billi janalizzaw fost l-oħrajn il-veloċità, l-aċċelerazzjoni u kif jieħdu l-brejk.

Bħala medja x-xufiera li ġabu l-liċenzja mal-ewwel tentattiv ġabu 79 punt filwaqt li dawk li weħlu mit-test għal tliet darbiet ġabu l-aħjar riżultat, dak ta’ 84 punt.

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija li għamlet l-istudju qal li r-riċerka xxejjen il-ħsieb li min iġib il-liċenzja mal-ewwel darba huwa l-aħjar xufier. Qal li r-riċerka turi li l-aħjar sewwieqa huma dak li għelbu l-falliment meta ma għaddewx mit-test tal-karozza u benefikaw aktar ħin biex jitgħallmu jsuqu.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-Każin ta’ Sant’Andrija ġewwa Ħal Lija laqat żewġ għasafar b’ġebla waħda. Il-Każin ħareġ bl-idea li filwaqt li jarma siġra tal-Milied, jirriċikla wkoll. Din is-siġra tal-Milied mhux tas-soltu hija magħmula minn…

Kurżitajiet

Raġel Ċiniż ta’ 26 sena miet wara li xxabbat ma’ binja ta’ 62 sular f’Changsha. Wu Yongning kien magħruf sew għas-stunts li kien jagħmel fejn kien jixxabbat u jiddendel ma’…

Kurżitajiet

Ħafna huma dawk li jmorru jnaddfu snienhom biex iġibuhom bojod karti. Studji riċenti juru li bejn 18 u 52% tan-nies mhumiex kuntenti bil-kulur ta’ snienhom. Is-snien bojod karti jagħtu l-idea…

Aktar