Barranin
Jeremy Corbyn jisfida lill-PM l-ġdid biex isejjaħ referendum

Kważi mitt ġurnata qabel ma r-Renju Unit għandu joħroġ mill-Unjoni Ewropea, il-Kap tal-Oppożizzjoni Jeremy Corbyn sfida lill-Prim Ministru ġdid tar-Renju Unit biex il-ftehim jew in-nuqqas ta’ ftehim dwar Brexit jitressaq għal referendum ieħor.

F’ittra lill-membri Laburisti, Corbyn kiteb li f’dan ix-xenarju, il-Partit Laburista jappoġġja l-kampanja favur li r-Renju Unit jibqa’ membru tal-Unjoni Ewropea.

“Tories want no deal. We will stop that, and we believe the public should have a vote to decide whether it should be no deal or remain in the EU,” qal Corbyn.

Il-Mexxej Laburista ħabbar il-bidla fil-politika tal-Partit Laburista fi tmiem laqgħa tax-shadow cabinet, u fl-isfond ta’ pressjoni biex jiċċara l-pożizzjoni tal-partit li x’aktarx kkontribwiet għar-riżultat diżappuntanti fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Mejju li għadda, li fihom il-Partit Laburista ġie fit-tielet post wara l-Brexit Party u l-Liberali.